Il-parabbola tat-talenti
(Lq 19, 12-27)
[Mt:25:14] "Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f'idejhom. [Mt:25:15] Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Mt:25:16] Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala' ħamsa oħra. [Mt:25:17] Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala' tnejn oħra. [Mt:25:18] Iżda dak li ħa wieħed mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu. [Mt:25:19] Wara ħafna, sid dawk il-qaddejja raġa' lura u beda jagħmel il-kontijiet magħhom. [Mt:25:20] Resaq quddiemu dak li kien ħa ħames talenti u ġieblu ħames talenti oħra. 'Sinjur,' qallu, 'ħames talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt ħamsa oħra.' [Mt:25:21] Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.' [Mt:25:22] Resaq ukoll dak li kien ħa żewġ talenti, u qallu, 'Sinjur, żewġ talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt tnejn oħra.' [Mt:25:23] Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.' [Mt:25:24] Iżda resaq ukoll dak li kien ħa talent wieħed, u qal, 'Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx. [Mt:25:25] Bżajt, u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art. 'Hawn, ara, għandek dak li hu tiegħek.' [Mt:25:26] Qabeż is-sinjur u qallu, 'Qaddej ħażin u għażżien, kont taf li jien naħsad fejn ma żrajtx u niġbor fejn ma xerridtx. [Mt:25:27] Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex, meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax. [Mt:25:28] Ħudulu mela t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti. [Mt:25:29] Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. [Mt:25:30] U lil dan il-qaddej bla fejda itfgħuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Matthew 25:15 = Greek five talents ... two talents ... one talent; also throughout this parable; a talent was worth about 20 years of a day labourer's wage.
Our Talents
Pope Francis: Are you making good use of your God given talents?
.