blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Friday Gospel of week 27, in Ordinary Time --- Luke 11:15-26 -- Jesus and Beelzebul - Ġesù u Begħelżebul --- Pope's Mass: Do I allow demons in my heart ? & Nature abhors a Vacuum

Friday, October 10, 2014

Friday Gospel of week 27, in Ordinary Time --- Luke 11:15-26 -- Jesus and Beelzebul - Ġesù u Begħelżebul --- Pope's Mass: Do I allow demons in my heart ? & Nature abhors a Vacuum


Lk 11:15-26 -- Jesus and Beelzebul - Ġesù u Begħelżebul

FRIDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.
Lq 11, 15-26


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:11:15] wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: "Bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten." [Lq:11:16] Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. [Lq:11:17] Iżda hu ntebaħ x'kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: "Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa' dar fuq oħra. [Lq:11:18] Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta' Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten. Lq:11:19] Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom. [Lq:11:20] Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.

[Lq:11:21] Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur. [Lq:11:22] Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu. [Lq:11:23] Min m'huwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.

[Lq:11:24] "Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u jfittex il-mistrieħ f'art niexfa, u billi ma jsibu mkien, jgħid, 'Mela nerġa' lura lejn dari mnejn ħriġt.' [Lq:11:25] U x'ħin jiġi, isibha miknusa u kollox f'postu. [Lq:11:26] Mbagħad imur iġib seba' spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f'qagħda agħar minn ta' qabel."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



><>   ><>   ><>

 
Pope's Mass: Do I allow demons in my heart?  




 ><>   ><>   ><>
 


NATURE  ABHORS  A  VACUUM 
13 Oct 2023 - Homily of Fr. Michael O'Connor from Mass on Friday, October 13, 2023 at Our Lady of the Gulf Catholic Church in Bay St. Louis, MS 
 Referenced Readings: 
Jl 1:13-15; 2:1-2 
Lk 11:15-26



============

KKK -  mill-Katekizmu tal-Knisja Kattolika
395 Iżda l-qawwa tax-Xitan mhijiex bla qies. Hu biss ħliqa. Setgħani għax spirtu pur, imma dejjem ħliqa; ma jistax iwaqqaf il-bini tas-Saltna ta’ Alla. Jagħmel x’jagħmel ix-Xitan fid-dinja b’mibegħda għal Alla u għas-Saltna tiegħu fi Kristu Ġesù, u kbar kemm huma kbar il-ħsarat li tagħmel il-ħidma tiegħu – ħsarat ta’ natura spiritwali u, indirettament, ta’ natura fiżika wkoll – lil kull bniedem u lis-soċjetà, il-ħidma tiegħu tippermettiha l-providenza ta’ Alla, li bil-qawwa u bil-ħlewwa tmexxi l-istorja tal-bniedem u tad-dinja. Hu misteru kbir li Alla jippermetti l-ħidma tax-xitan, iżda “aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ... f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom” (Rum 8,28).
 
1673  Meta l-Knisja titlob pubblikament u b’awtorità, f’isem Ġesù Kristu, biex xi persuna jew xi ħaġa tiġi mħarsa mit-theddid tal-Ħażin jew tiġi mwarrba minn taħt is-setgħa tiegħu, dan jissejjaħ eżorċiżmu. Kristu dan għamlu (ara Mk 1,25-26), u mingħandu l-Knisja rċeviet is-setgħa u d-dmir li teżorċizza (ara Mk 3,15; 6,7.13; 16,17). F’sura sempliċi, l-eżorċiżmu dejjem isir waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. L-eżorċiżmu solenni, jew "l-eżorċiżmu l-kbir”, jista’ jsir biss minn saċerdot u bil-permess tal-Isqof. Wieħed irid juża l-għaqal kollu u jħares bir-reqqa kollha r-regoli li għamlet il-Knisja. L-għan tal-eżorċiżmu hu li jkeċċi x-xjaten jew jeħles minn taħt is-setgħa tax-Xitan u dan bis-saħħa tal-awtorità spiritwali li Ġesù ried jafda lill-Knisja tiegħu. Il-mard, l-aktar dak tal-moħħ (psikiku), hu ħaġa għal kollox differenti li tinteressa x-xjenza medika. Hu għalhekk importanti ħafna, qabel ma wieħed jiċċelebra eżorċiżmu, li jkun żgur dwar il-preżenza tal-Ħażin u mhux li jkun xi każ ta’ mard.

 ==========================================

 
 
.