blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: May 1 - St Joseph the Worker - 1 ta' Mejju - San Guzepp Haddiem --- Is-Sejħa għat-Tifħir 'l Alla / It-Tifħir ta' Sbiħ il-jum

Thursday, May 01, 2014

May 1 - St Joseph the Worker - 1 ta' Mejju - San Guzepp Haddiem --- Is-Sejħa għat-Tifħir 'l Alla / It-Tifħir ta' Sbiħ il-jum


http://www.liturgies.net/saints/joseph/joseph.htm#josephtheworker



THE HOLY MASS GOSPEL ON MAY 1ST - ...Isn't this the carpenter's son ?...


[Mt:13:54] u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: "Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta' l-għaġeb? [Mt:13:55] Dan m'huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m'hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? [Mt:13:56] U ħutu l-bniet m'humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?" [Mt:13:57] U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: "Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f'pajjiżu u daru stess." [Mt:13:58] U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba   n-nuqqas ta' fidi tagħhom.
-----------------------------------------------------------------------------
1 TA' MEJJU  -  Tifkira (O) ta' SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM 


IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA (fi żmien ir-Randan ma tingħadx Alleluja)
(waqt li nroddu s-Salib ngħidu)
V. Mulej iftaħli xufftejja
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek
Glorja lill-Missier, u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.
(Fi żmien il-Għid, fl-aħħar ta' l-antifona, fejn m'hemmx diġa, tiżdied, Alleluja)

 Ant: Kristu l-Mulej għoġbu li n-nies jaħsbuh bin il-mastrudaxx: ejjew nadurawH, Alleluja.

Salm 94 (95)
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!

Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ.  Ant:

Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir fuq l-allat kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma l-qċaċet ta’ l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art, għax b'idejh saret.  Ant:

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.  Ant:

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !
"La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt. Ant:

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
u jien għedt: Qalbu mħassra dan il-poplu,   
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi?"  Ant:

Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Ant:
 ---------------------------------------------------------------------------------
TIFĦIR TA' SBIĦ IL-JUM - (Il-Lawdi)

INNU
Tielgħa x-xemx ! Filwaqt li ssejjaħ
lill-bnemin għal jum ta' ħidma,
tistedinna nsellmu magħha
lid-dar bieżla ta' Ġużeppi.

Sliem għalik, missier imbierek:
dak li ħalaq l-art u s-sema
ried li taħtek b'għaraq ġbinu
jaqla' l-ħobż fis-sengħa tiegħek

Int, li llum qed tgawdi ħlasek
ħdejn l-Għarusa mqaddsa tiegħek,
ieqaf magħna, foqra u msejkna,
li fik qiegħda t-tama tagħna.

Mit-tilwim u d-dnewwa eħlisna,
minn kull qerq fil-ħlas tal-ħidma;
la tħallix li nkunu nieqsa
f'dak li hu meħtieġ għall-ħajja.

Radd ta' ħajr u glorja 'l Alla,
li kull barka fuqna jxerred
u fit-triq tas-sliem iżommna
bil-għajnuna tat-talb tiegħek. Ammen.

http://www.laikos.org/librerija_sorsi_liturgija_sighat.htm   (FERJE)
SALMI TA' MATUL IL-ĠIMGĦA (FERJE) U JEKK FI ŻMIEN L-GĦID FL-ANTIFONI JINGĦADU TA' ŻMIEN IL-GĦID

LEZZJONI QASIRA                   2 SAM 7, 28-29

[2Sam:7:28] U issa, Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi sewwa, u int wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek. [2Sam:7:29] Qum u bierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa' sħiħa quddiemek għal dejjem! Għax int, Sidi Mulej, tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem minħabba fil-barka tiegħek.”
RESPONSORJU QASIR
R. Il-Mulej Alla * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu. Il-Mulej Alla……..
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu.

Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu.

 ----------------------------------------------------------
 

Fi żmien il-Għid


R. Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu * Hallelujah, hallelujah. Il-Mulej Alla…….
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Hallelujah, hallelujah.

Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu
 
Ant. tal-kantiku ta' Żakkarija --- San Ġużepp kien jaħdem fis-sengħa ta' mastrudaxxa b'fedeltà kbira, u hekk sar eżempju sabiħ u tal-għaġeb fix-xogħol, (Allelulja).
 
Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
Glorja lill-Missier, u lil Iben, *
u lil Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. tal-kantiku ta' Żakkarija --- San Ġużepp kien jaħdem fis-sengħa ta' mastrudaxxa b'fedeltà kbira, u hekk sar eżempju sabiħ u tal-għaġeb fix-xogħol, (Allelulja). 
 
PREĊI
Il-Mulej waħdu jiġġustifika lill-bnedmin. Nitolbuh bl-umiltà:
   Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int, Alla Sidna, sejjaħt lil missirijietna biex jgħixu b’qalb perfetta quddiemek:
- agħmel li nimxu fuq il-passi tagħhom biex inkunu perfetti kif tridna int.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int għażilt lil Ġużeppi, raġel gust, biex irabbi lil Ibnek li sar bniedem:
- agħmel li naqdu lill-ġisem ta’ Kristu f’ħutna, il-membri tiegħu.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int fdajt id-dinja f’idejn il-bnedmin, biex jimlewha u jsaltnu fuqha:
- għallimna nkunu ħabrieka u bieżla fuq din l-art, u nfittxu bla heda l-glorja tiegħek.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Missier tagħna lkoll, ftakar fl-opra kbira ta’ idejk:
- agħmel li lkoll kemm aħna ngħixu ħajja xierqa ta’ bnedmin u naħdmu fis-sliem u b’qalb mistrieħa.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.

Missierna…..

Talba

O Alla, li ħlaqt kollox, int għamilt għall-bniedem il-liġi tax-xogħol; fil-ħniena tiegħek, agħtina li, bl-eżempju u l-ħarsien ta' San Ġużepp, nagħmlu dak li inti trid minna u niksbu l-ħlas li wegħedtna.

B’Ibnek Ġesu Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
 
(waqt li nroddu s-Salib ngħidu) --- IL-MULEJ IBERIKNA, IĦARISNA MINN KULL DENI U JWASSALNA GĦALL-ĦAJJA TA' DEJJEM, AMMEN.