blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 8:1-11 -- Woman caught in adultery - Il-mara li nqabdet fl-adulterju

Sunday, April 06, 2014

Jn 8:1-11 -- Woman caught in adultery - Il-mara li nqabdet fl-adulterju




8. Il-mara li nqabdet fl-adulterju
[Ġw:8:1] Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. [Ġw:8:2] Imma l-għada qabel is-sebħ raġa' mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. [Ġw:8:3] Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs [Ġw:8:4] u qalulu: "Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. [Ġw:8:5] Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?" [Ġw:8:6] Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh. Imma Ġesù tbaxxa lejn l-art u beda jikteb b'sebgħu fit-trab. [Ġw:8:7] Billi dawk baqgħu jistaqsuh, qam dritt u qalilhom: "Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla." [Ġw:8:8] U raġa' tbaxxa jikteb fit-trab. [Ġw:8:9] Kif semgħuh jgħid dan, qabdu u telqu wieħed wara l-ieħor, ibda mix-xjuħ, u Ġesù baqa' waħdu mal-mara, wieqfa fin-nofs. [Ġw:8:10] Qam dritt u qalilha: "Dawk fejnhom, mara? Ħadd minnhom ma kkundannak?" [Ġw:8:11] "Ħadd, Sinjur," qaltlu."Mela anqas jien ma nikkundannak," qalilha Ġesù. "Mur, u mil-llum 'il quddiem tidnibx iżjed."
                  - - -


REFLECTION:
http://www.mycatholic.com/reflections/2014-097.html
                  - - -
My Most Earnest Sermon Ever! The Passion of Holy Mother Church
(with reference to First Reading of Monday, 5th week in Lent = Daniel 13:1-9,15-17,19-30,33-62 )