blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 5:1-3, 5-16 -- The Healing at the Pool - Fejqan ta' wieħed marid f'Betzata

Tuesday, April 01, 2014

Jn 5:1-3, 5-16 -- The Healing at the Pool - Fejqan ta' wieħed marid f'Betzata



TUESDAY GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT

Evanġelju
Minnufih dak ir-raġel fieq.
Ġw 5, 1-3a.5-16

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann

[Ġw:5:1] Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm. [Ġw:5:2] F'Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b'ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. [Ġw:5:3] F'dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta' morda, għomja, zopop u mifluġin. 

[Ġw:5:5] U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. [Ġw:5:6] Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: "Trid tfiq?" [Ġw:5:7] "Sinjur," wieġbu l-marid, "ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli." [Ġw:5:8] Qallu Ġesù: "Qum, aqbad friexek u imxi!" [Ġw:5:9] Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi.

[Ġw:5:10] Għalhekk il-Lhud qalu lil dak li kien fieq: "Is-Sibt illum, u ma jiswiex iġġorr friexek!" [Ġw:5:11] Iżda hu weġibhom: "Dak li fejjaqni qalli, 'Aqbad friexek u imxi.' " [Ġw:5:12] Huma staqsewh: "Min hu dan il-bniedem li qallek, 'Aqbad u imxi'?" [Ġw:5:13] Iżda l-imfejjaq ma kienx jaf min kien, għax Ġesù laħaq warrab billi hemmhekk kien hemm ħafna nies. 

[Ġw:5:14] Wara mbagħad Ġesù sabu fit-tempju u qallu: "Ara, issa fiqt, qis li ma tidnibx iżjed, biex ma tiġrilikx xi ħaġa agħar." [Ġw:5:15] Ir-raġel telaq u mar għand il-Lhud jagħtihom l-aħbar li kien Ġesù li fejjqu. [Ġw:5:16] Għalhekk il-Lhud ħraxu għal Ġesù, għax f'jum is-Sibt kien jagħmel ħwejjeġ bħal dawn.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



=======


Pool of Bethesda (3/28/17)




.