blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Monday, 2nd week of Easter --- Jn 3:1-8 -- Jesus Teaches Nicodemus - Ġesù u Nikodemu

Sunday, April 27, 2014

Monday, 2nd week of Easter --- Jn 3:1-8 -- Jesus Teaches Nicodemus - Ġesù u Nikodemu

Monday, 2nd week of Easter


3. Ġesù u Nikodemu
[Ġw:3:1] Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. [Ġw:3:2] Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: "Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista' jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu." [Ġw:3:3] Ġesù wieġbu: "Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta' Alla."
[Ġw:3:4] Qallu Nikodemu: "Kif jista' wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista' forsi jerġa' jidħol f'ġuf ommu u jitwieled?" [Ġw:3:5] Wieġbu Ġesù: "Tassew tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-Saltna ta' Alla. [Ġw:3:6] Dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu. [Ġw:3:7] La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. [Ġw:3:8] Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma' ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu."

Nicodemus Was Brave