blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: EASTER TUESDAY - Jn 20:11-18 -- Jesus Appears to Mary Magdalene - Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala

Monday, April 21, 2014

EASTER TUESDAY - Jn 20:11-18 -- Jesus Appears to Mary Magdalene - Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala




Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala
(Mk 16, 9-11)

[Ġw:20:11] Iżda Marija baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, [Ġw:20:12] u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù. [Ġw:20:13] Huma qalulha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki?" Hi wieġbet: "Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh." [Ġw:20:14] Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. [Ġw:20:15] Ġesù qalilha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex?" Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: "Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura." [Ġw:20:16] Ġesù sejjħilha: "Marjam!" Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem. [Ġw:20:17] Ġesù qalilha: "La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom." [Ġw:20:18] Marija ta' Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: "Rajt lill-Mulej", u qaltilhom x'qalilha.
.