blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: ASH WEDNESDAY - Mt 6:1-6, 16-18 -- Giving to the Needy; Prayer; Fasting - L-elemożina; It-talb; Is-sawm - RAS IR-RANDAN

Tuesday, March 04, 2014

ASH WEDNESDAY - Mt 6:1-6, 16-18 -- Giving to the Needy; Prayer; Fasting - L-elemożina; It-talb; Is-sawm - RAS IR-RANDAN



6. L-elemożina
[Mt:6:1] "Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.
[Mt:6:2] "Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. [Mt:6:3] Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m'għandhiex tkun taf x'inhi tagħmel il-leminija, [Mt:6:4] biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
It-talb
(Lq 11, 2-4)

[Mt:6:5] "U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f'salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. [Mt:6:6] Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta' ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Is-sawm
[Mt:6:16] "Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. [Mt:6:17] Iżda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek, [Mt:6:18] biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
            -------------------------------------------
Get Your Ash to Church  





Pope Francis presides the Lenten Station at St. Anselm Basilica, followed by Holy Eucharist for Ash Wednesday at St Sabina Basilica in Roma.





EWTN Catholic Mass- Ash Wednesday - Entire Mass - Bishop Camillo Ballin - 2014-March 5th.  



as well...
http://www.catholictv.com/shows/daily-mass/ash-Wednesday
.