blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Made Perfect in Weakness

Monday, October 28, 2013

Made Perfect in Weakness





[Rum:7:15] Ma nafx x'jien nagħmel; naf li mhux dak li rrid nagħmel iżda dak li ma rridx. [Rum:7:16] Jekk nagħmel dak li ma rridx, naqbel mal-Liġi li hi tajba. [Rum:7:17] Issa mela mhux aktar jien li qiegħed nagħmel dan iżda d-dnub li hemm jgħammar ġewwa fija. [Rum:7:18] Naf li t-tajjeb ma jgħammarx fija, jiġifieri f'ġismi. Ir-rieda tajba qiegħda hemm fija, imma li nagħmel it-tajjeb m'hux hemm. [Rum:7:19] M'iniex nagħmel it-tajjeb li rrid, imma qiegħed nagħmel il-ħażin li ma rridx. [Rum:7:20] Jekk jien nagħmel sewwasew dak li ma rridx, mhux jien mela qiegħed nagħmlu iżda d-dnub li hemm jgħammar fija. [Rum:7:21] Nħoss din il-liġi ġewwa fija: meta rrid nagħmel it-tajjeb, ifeġġ quddiemi l-ħażin. [Rum:7:22] Skond il-bniedem ta' ġewwa togħġobni l-liġi ta' Alla; [Rum:7:23] iżda nilmaħ fil-membri ta' ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta' moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi. [Rum:7:24] Msejken bniedem li jien! Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt? [Rum:7:25] Niżżi ħajr lil Alla permezz ta' Ġesù Kristu Sidna!