LITANIJA TAL-ISPIRTU S-SANTU
Mulej ħniena -- Mulej ħniena
Kristu ħniena -- Kristu ħniena
Mulej ħniena -- Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn
għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier -- Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u ta’ l-Iben – Salvana
Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn -- Qaddisna
Trinità Qaddisa -- Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier -- Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben -- Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn
għalina
Raġġ ta’ dawl
mis-sema -- Ħenn għalina
Għerq ta’ kull
tjubija -- Ħenn għalina
Għajn ta’ l-ilma
tas-sema -- Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ -- Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara -- Ħenn għalina
Balzmu ta’
faraġ spiritwali -- Ħenn għalina
Spirtu ta’mħabba u
verità -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u
fehma -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u
qawwa -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u
devozzjoni -- Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u
talb -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u
ħlewwa -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja
u innoċenza -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja -- Ħenn għalina
Don t’Alla
l-Għoli -- Ħenn għalina
Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu -- Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek -- Ħenn
għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema -- Ħenn
għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni -- Ħenn
għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ -- Ħenn
għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb -- Ħenn
għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem -- Ħenn għalina
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –
Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li
tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni ta’ l-Ispirtu
s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija
Ejja Spirtu s-Santu ! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’
Imħabbtek
Mill-ktieb – ĠABRA TA’ TALB U KANT –
paġni 118-120. MAĦRUĠ MILL-FERGĦA EWKARISTIKA
http://www.laikos.org/Litanija_ss.htm
.