blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Lk 19:28-40 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm

Sunday, March 24, 2013

Lk 19:28-40 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm

 
PALM SUNDAY ((This gospel is read at the procession with palms before Mass))
 

Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm
(Mt 21, 1-11 ; Mk 11, 1-11, Ġw 12, 12-16)
[Lq:19:28] Kif qal dan, Ġesù qabad it-triq u beda tiela' lejn Ġerusalemm, miexi quddiem l-oħrajn. [Lq:19:29] U meta wasal qrib Bѐtfaġe u Betanja, ħdejn l-għolja li jgħidulha taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu [Lq:19:30] u qalilhom: "Morru fir-raħal ta' biswitna; kif taslu, ssibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. [Lq:19:31] Jekk xi ħadd jistaqsikom għalfejn qegħdin tħolluh, għidulu li l-Mulej għandu bżonnu." [Lq:19:32] Dawk li kienu mibgħuta marru u sabu kollox kif kien qalilhom. [Lq:19:33] Huma u jħollu l-felu, is-sidien tiegħu qalulhom: "Għalfejn qegħdin tħolluh il-felu?" [Lq:19:34] U huma wieġbu: "Għax il-Mulej jeħtieġu."
 [Lq:19:35] Mbagħad ġiebu l-felu lil Ġesù, qiegħdu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u rikkbu lil Ġesù fuqu. [Lq:19:36] Huwa u għaddej, firxu l-imnatar tagħhom fit-triq. [Lq:19:37] Xħin imbagħad kien qorob lejn in-niżla ta' l-Għolja taż- Żebbuġ, il-kotra kollha tad-dixxipli bdiet tfaħħar lil Alla b'għajat ta' ferħ u b'leħen għoli għall-għeġubijiet kollha li kienu raw, [Lq:19:38] u bdew jgħidu:
     " Mbierek is-Sultan
     li ġej f'isem il-Mulej!
     Sliem fis-sema,
     u glorja fl-ogħla tas-smewwiet!"
[Lq:19:39] Xi wħud mill-Fariżej li kienu qalb il-folla qalulu: "Mgħallem, ċanfarhom lid-dixxipli tiegħek!" [Lq:19:40] Iżda hu weġibhom u qal: "Ngħidilkom li, jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel."




.