blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: TEMPTATION -- Lk 4:1-13 -- Jesus Is Tested in the Wilderness - It-tiġrib ta' Ġesù fid-dezert

Monday, February 18, 2013

TEMPTATION -- Lk 4:1-13 -- Jesus Is Tested in the Wilderness - It-tiġrib ta' Ġesù fid-dezert

. Lk 4:1-13 -- Jesus Is Tested in the Wilderness - It-tiġrib ta' Ġesù fid-deżert

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT
Evanġelju
Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, mar fid-desert fejn kien imġarrab mix-Xitan
Lq 4, 1-13


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:4:1] Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa' lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. [Lq:4:2] Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. [Lq:4:3] U x-Xitan qallu: "Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż." [Lq:4:4] Wieġbu Ġesù: "Hemm miktub li 'l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix.' "

[Lq:4:5] Mbagħad ix-Xitan ħadu fl-għoli u wrieh is-saltniet tad-dinja kollha f'daqqa. [Lq:4:6] Qallu x-Xitan: "Nagħtik is-setgħa fuq dawn kollha, bil-glorja tagħhom ukoll għax hija ngħatat lili, u jiena nagħtiha lil min irrid. [Lq:4:7] Jekk tinxteħet quddiemi tagħtini qima, kollha tiegħek tkun." [Lq:4:8] Ġesù wieġbu u qallu: "Hemm miktub, 'Lill-Mulej Alla tiegħek tagħti qima, u lilu biss taqdi.' "

[Lq:4:9] Mbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq  il-quċċata tat-tempju, u qallu: "Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. [Lq:4:10] Għax hemm miktub li 'Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa,' [Lq:4:11] u li fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma' xi ġebla.' " [Lq:4:12] Wieġeb Ġesù u qallu: "Jingħad, 'Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.' "

[Lq:4:13] Mbagħad ix-Xitan meta temm dan it-tiġrib kollu, telaq minn ħdejh sa ma wasal il-waqt.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.
>>>>>>>>>>>>
 



THE THREE STAGES OF TEMPTATION
- SUGGESTION TO SIN;
- PLEASURE TO SIN;
BUT THE RESULT DEPENDS ON OUR THREE CHOICES OF
- CONSENT TO SIN =
--- EITHER NO TO CONSENT TO SIN;
--- PARTIAL (half resistence) CONSENT TO SIN
--- OR FULL CONSENT TO SIN.





Homily on Lk 4:1-13 in MALTESE by Fr George Dalli
http://www.youtube.com/watch?v=Raa3oylsenQ

or click on arrow in video below






.....LEAD US NOT.....(ref. to the Gospel when Jesus thought us how to pray to Our Father - Mt 6:7-15
http://www.youtube.com/watch?v=1CH3rArAxSo

or click on arrow in video below




 
....When you pray.....
http://www.youtube.com/watch_popup?v=1CH3rArAxSo

or click on arrow in video below









.