blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Lk 1:1-4; 4:14-21 -- Introduction & Jesus in the synagogue - Dedika lil ...

Saturday, January 26, 2013

Lk 1:1-4; 4:14-21 -- Introduction & Jesus in the synagogue - Dedika lil ...


http://www.youtube.com/watch?v=c1vJDewJUYo

1. Dedika lil Teofilu
[Lq:1:1] Bosta kienu dawk li ħadu f'idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f'rakkont wieħed il-ġrajja li seħħu fostna, [Lq:1:2] kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b'għajnejhom stess u saru ministri  tal-kelma. Lq:1:3] Hekk ukoll jien, għażiż Teofilu, wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kull ma ġara sa mill-bidunett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b'ħaġa, [Lq:1:4] biex tagħraf sewwa l-verità sħiħa dwar kull ma tgħallimt.

Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija
(Mt 4, 12-17 ; Mk 1, 14-15)
[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd.
In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù
(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)
[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.'
[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu."

No comments: