blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: AUGUST 6 - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej - The Transfiguration of The Lord --- & --- SUNDAY OF WEEK 2 OF LENT

Monday, August 06, 2012

AUGUST 6 - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej - The Transfiguration of The Lord --- & --- SUNDAY OF WEEK 2 OF LENT


- SUNDAY OF WEEK 2 OF LENT

- AUGUST 6 - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej - The Transfiguration of the Lord 



6 ta’ Awwissu Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (Ġesu' Salvatur)
Riflessjoni
Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel il-Passjoni, Huwa ħa lil San Pietru, San Ġakbu u San Ġwann, fuq il-għolja Tabor u mmanifesta l-glorja tiegħu lilhom billi tbiddel quddiemhom, u wiċċù beda jiddi bħax-Xemx, u lbiesu saru bojod bħad-dawl. Fl-istess waqt Mose’ u Elija dehru wieħed fuq kull naħa tiegħu jitkellmu miegħu fuq il-mewt li Hu kellu jsofri f’Ġerusalemm. Pietru maħruġ barra minnu nnifsu qal lil Ġesù: ”Tajjeb li aħna hawn; jekk trid, nagħmel tliet għarajjex, wieħed għalik, wieħed għal Mose’ u wieħed għal Elija. Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom, u ġie leħen mis-sħaba: ”Dan hu ibni l-maħbub li bih nitgħaxxaq; lilu isimgħu”. Malli d-dixxipli semgħu dan waqgħu b’wiċċhom ma l-art u beżgħu ħafna. Imbagħad resaq Ġesù, messhom u qal: ”Qumu u la tibżgħux”. X’ħin refgħu għajnejhom, ma raw ’il ħadd ħlief ’il Ġesù waħdu. U huma u neżlin mill-muntanja, Ġesù ordnalhom: ”La tgħidu lil ħadd fuq id-dehra sa ma jqum Bin il-bniedem mill-imwiet. (Mt. 17:1-13; Mk 9:2-9; Lq. 9:28-36)
L-appostli tant issaħħru bl-isplendur li raw li ma xtaqux jitilqu minn hemm. Pero’ Ġesù ma żammhomx hemm. Niżżilhom minn fuq l-għolja u raġa daħħalhom fil-ħajja ordinarja ta’ kuljum, fejn ftit żmien wara sofra l-passjoni u l-mewt. Ġesù ried juri lill-appostli (u lilna) li kien jeħtieġ li jgħaddu mit-taħbit, mill-hemm, mit-tbatija tal-ħajja qabel ma jidħlu miegħu fil-glorja.
Ninnutaw ukoll li San Pietru tant kien barra minnu nnifsu li meta wera x-xewqa li jibni l-għarajjex nesa jsemmi l-għarix għalih u għal sħabu. U dan għax Ġesù dewwaqhom ftit glorja – ftit li xejn – li hemm lesta għal dawk li jħobbuh!

Ħsieb
Fi żmien Ġesù kien hemm nies li qalu li Ġesù kien jidgħi. ”Mhux għal xi għemil tajjeb inħaġġruk, imma għad-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla”. (Ġn. 10:33)
Darb’oħra qalu li kien bniedem baxx u midneb fis-sens: ”Għaliex jiekol mal-Pubblikani u l-midinbin?” (Mt. 9:11)
Darb’oħra qalu li kien jagħmel il-mirakli bis-setgħa ta’ Begħelżebub, il-Prinċep tax-xjaten. (Mt. 12:24)
Kif inħarsu lejn Ġesù aħna? Jalla narawh bħala s-Salvatur tagħna; bħala Alla tagħna; u nħobbuh għax Hu hekk tabilħaqq.
https://www.facebook.com/ParroccaMarijaAddolorataSanPawlIlBahar/
5 t'Awwissu, 2019



============



There are forty days from this feast day, August 6, to the Exaltation of the Holy Cross, September 14.


The True Summit is 40 Days Away






Transfigured !







Visita parrocchia di Santa Maria Maddalena di Canossa 12 Marzo, 2017





Song of the Transfiguration

https://www.youtube.com/watch?v=GDbvvfkBAkw




http://www.liturgies.net/Transfiguration/mass.htm


YEAR A - in the Catholic Liturgical Calendar        

IN YEAR A --- Mt 17:1-9 -- This is my Son: listen to him - Dan hu Ibni: isimgħu lilu.
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 OF LENT
 

- AUGUST 6 - THE TRANSFIGURATION - IT-TRASFIGURAZZJONI

Evanġelju
Dan hu Ibni: isimgħu lilu.
Mt 17, 1-9

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:17:1] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u 'l Ġakbu u 'l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, [Mt:17:2] u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. [Mt:17:3] U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.

[Mt:17:4] Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: "Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella' hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija." [Mt:17:5] Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema' leħen jgħid: "Dan hu Ibni   l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu."
[Mt:17:6] Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża'.

[Mt:17:7] Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: "Qumu. La tibżgħux."
Mt:17:8] Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.
[Mt:17:9]  Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: "Tgħidu lil ħadd b'din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>


YEAR B - in the Catholic Liturgical Calendar
Mk 9:2-10 -- The Transfiguration - It-Trasfigurazzjoni

 It-Trasfigurazzjoni
- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 OF LENT
- IN YEAR B - AUGUST 6 - The Transfiguration of the Lord
Evanġelju
Dan hu Ibni l-għażiż.
Mk 9, 2-10
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. [Mk:9:3] Lbiesu sar abjad u jgħammex b'dija ta' l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista' jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. [Mk:9:4]  U dehrilhom Elija ma' Mosè, jitkellmu ma' Ġesù.
[Mk:9:5] Qabad Pietru u qal lil Ġesù: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija." [Mk:9:6] Dan qalu għax ma kienx jaf x'jaqbad jgħid bil-biża' kbir li waqa' fuqhom.
[Mk:9:7] Mbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu." [Mk:9:8] Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.
[Mk:9:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li kienu raw qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. [Mk:9:10] Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x'kien ifisser 'tqum mill-imwiet'.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
------
OR
AUGUST 6 -- (as in Laikos Ordo 2018-2019)
Mark 9, 1-9 - The Transfiguration of the Lord - Feast --- It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej - Festa





>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>


Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.

- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT
 

- AUGUST 6 - alternative Gospel - THE TRANSFIGURATION OF THE LORD - IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ

Evanġelju
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9, 28b-36


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. [Lk:9:29] U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

[Lk:9:30] U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, [Lk:9:31] li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. [Lk:9:32] Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. [Lk:9:33] Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”. Ma kienx jaf x’inhu jgħid.

[Lk:9:34] Waqt li kien qiegħed jgħid dan, ġiet sħaba u għattiethom u huma beżgħu kif daħlu fis-sħaba. [Lk:9:35] U minn ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-maħtur, lilu isimgħu!”.
[Lk:9:36] Malli nstama’ l-leħen Ġesù sab ruħu waħdu. Huma żammew is-skiet, u għal dawk il-jiem ma qalu xejn lil ħadd minn dak li kienu raw.
 

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.


>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Aug 06 - Homily: Extraordinary Glory







Transfiguration: A Flash of Future Glory - Aug 06 - Homily - Fr Alan













.