referenzi ghall-allegati dehriet gew imnehhija u thallew biss referenzi ghad-dehriet approvati - illum, 10 ta Jannar 2016 - wara d-digriet mahrug mill-Knisja ta' Malta fid-9 ta' Jannar 2016 - http://thechurchinmalta.org/files/article/DIGRIET_MT.145233068171.pdf
)
At Fatima 1917 - to pray the Rosary to stop World War I and to prevent World War II
In France 1830 - to pray the Rosary to prevent religious persecution and revolution - BOTH STARTED 1 WEEK LATER
In Kibeho Nov, 1981 to pray the Rosary to prevent genocide - which indeed occurred 10 years later.
26 ta’ Frar 2010 – Kummenti ta’ Fr Hayden
Il-Madonna hija Omm pero hija wkoll Profetessa - il-Profeta ta’ dawn iz-zminijiet. X’inhu r-rwol tal-profeta ? Il-Profeta, ghaliex ghandu relazzjoni partikulari ma’ Alla, jara dak li n-nies m’humiex jaraw. Darba minnhom Gesu lin-nies ta’ zmienu tghidx kemm canfarhom; qallhom “ Intom tafu taqraw it-temp imma s-sinjali taz-zminijiet ma tafux taqrawhom, u li hawn Jien fostkom, qed inwasslilkom dawn il-kliem, dawn il-priedki, dawn il-messaggi , dawn is-sinjali, m'intomx tindunaw – Gesu dan qalu ghaliH innifsu. U dan japplika ghalina wkoll, li ahna hafna drabi ma narawx, ghax m’ahniex bhall-profeta. Imma l-profeta jara u jara fil-boghod, jara dak li Alla jkun qieghed jurieh. Il-Profeta mhux biss jara u jara fil-boghod dak li possibilment jista’ jigri, pero il-profeta jaffaccja lil poplu, u jghidlu b’dak li jista jigri – naghmlu ‘emphasy’ fuq dak li jista’ jigri ghax jiddependi minna ! – Il-profeta jhares lejn il-futur mhux bhal xi haga li ha tigri, bhala xi haga li tista’ tigri, imma jiddependi minna x’naghmlu – per ezempju:
Il-Madonna fid-dehriet taghha hafna drabi twissi, mill boghod hafna, tlett affarijiet li possibilment jistghu jigru :-
1. GWERER
2. DISASTRI NATURALI
3. KRIZI KBIRA TA’ FIDI U VALURI
Ezempji :-
-- F’Rue du Bac, f’Parigi, meta l-Madonna deheret lil Santa Katerina Laboure` fl-1830s u kienet urietha dik li nghidulha l-medalja mirakoluza, hemmek tkellmet anka fuq in-nuqqas ta’ fidi li kienet se tghaddi minna Franza, li se jigri d-demm, li ha jkun maqtul L-Isqof, u fil-fatti ghaddew is-snin, u dawn l-affarijiet graw.
-- Gewwa Fatima, l-Madonna kienet bhall-profeta, li qed tghidilna li jekk mhux ha nitolbu r-Ruzarju, r-Russja ma tkunx ikkonsagratha, se tqum gwerra ghar mill-ewwel gwerra u fil-fatt feqqghet it-tieni gwerra.
-- L-istess haga l-kas ta’ Kibeho gewwa r-Rwanda – li fis-sena 2001 il-Knisja approvat dawn id-dehriet li sehhew fin-1980s, illi l-Madonna kienet qed twissi minn snin qabel, li fl-Rwanda ha jsir massakru, se jigri xi haga. Hadd ma ta kas u l-massakru sehh. U mbaghad wara qalu li d-dehriet kienu vera.....................
Il-profeti, bhall-Madonna, jaraw mill boghod u jigu jghidulna mhux dak li se jigri, imma jigu jghidulna l-profeti kif ahna nistghu nevitaw dak li jista’ jigri – Il-Kelma ta’ Alla u l-Profeti huma kollha kemm huma hekk, ezempju – Il-profeta Gona 3:1-10 – “Jekk ma tikkonvertux din il-belt ha tinqered “, fejn anke Gesu jirreferi ghaliha fl-evangelju ta’ San Luqa 11:29-32. Gona ma qalx “Jekk ma tikkonvertux din il-belt ha tinqered ZGUR imma “Jekk ma tikkonvertux din il-belt ha tinqered". Mela jekk tikkonvertu ma tinqeridx.
.................
Hekk huma l-messaggi ta’ Marija fid-dehriet taghha – messaggi ta’ tama, li jifthulna ghajnejna sakemm ma nkunux ghomja u nibqghu ghomja sa l-ahhar u mbaghad ikun tard wisq.
Il-Madonna, madwar id-dinja, kif tridna nipprevenu l-hazen li jista’ jigri ( ghax fi studji li jsiru dwar id-dehriet tal-Madonna, madwar id-dinja, fl-Istorja, jigi nnutat li d-dehriet taghha qatt ma jigru b’kumbinazzjoni jew ghalxejn. Kull darba li kien hemm dehra genwina tal-Madonna fl-istorja tal-Knisja u tad-dinja, dejjem gara xi haga u xi haga serja, dejjem, immankabilment, dejjem.)
Id-dehriet ta’ Marija m’humiex xi haga tac-cajt u miskin hu u hazin ghalih min johodhom tac-cajt, ikun min ikun, hazin ghalih ghax dawk l-affarijiet li jigu minn Alla, hazin ghalina meta nohduhom hazin u meta nohduhom bic-cajt.
Ftakru haga – FIL-HAJJA, AKTAR MA VERITA HIJA KBIRA AKTAR FACLI TWAQQAHHA GHAC-CAJT – THE HIGHER THE TRUTH THE EASIER TO MOCK….hudu min-nies li jidghu b’Alla – ghax Allu Huwa l-ikbar VERITÀ, l-aktar wahda li nwaqqghuha ghac-cajt. L-istess fl-interventi ta’ Alla – ghax huma daqshekk kbar, facilment il-boloh (dawk li ma jkunux kapaci jaqraw is-sinjali ta’ Alla jew ghax huma ghomja, jew ghax huma rashom iebsa, facli nwaqqghuhom ghac-cajt).
Pero s-sema’ ma tohodniex bic-cajt lilna – IS-SEMA’ MA TOHODNIEX BIC-CAJT GHALIEX ALLA JIMPURTAH MINN KULL WIEHED U WAHDA MINNA. Il-Mulej ma jrid lil hadd minna li jintilef, hadd minna jigrilu l-hsara, kemm min jemmen u kemm min ma jemminx. Ghalhekk it-tama li l-Madonna dejjem tnissel fil-qalb tal-bniedem u fil-qalb tal-knisja, illi dal-hazen – GWERER, DISASTRI NATURALI jew KRIZI KBIRA TA’ FIDI W VALURI, nistghu nevitawhom bit-talba tar-RUZARJU – il-kuruna tar-ruzarju, f’idejn ic-ckejknin taghmel il-mirakli. L-ghorrief jew dawk li jahsbu li huma ghorrief iqattghu hajjithom jippruvaw jifhmu kif din taghmel il-mirakli u ma jarawhomx ghax jibqghu jippruvaw jifhmu, qatt ma jaqbdu jitolbu u jmutu u jippruvaw jifhmu u jmutu u ma jifhmu xejn. Ic-ckejknin m’ghandhomx ghalfejn jippruvaw jifhmu. Ic-ckejknin jaghmlu dak li l-mummy u d-daddy jghidulhom. U ghalhekk fejn jidhlu id-dehriet tal-Madonna taghzel nies semplici u ckejknin, jaghtu widen. M’hemmx ghalfejn jifhmu u jsaqsu hafna, l-importanti li jobdu hafna.
Emmnu li bit-talba tar-Ruzarju, anke Malta li ghaddejja minn zmien iebes f’diversi livelli, bil-qawwa tar-Ruzarju nistghu nghelbu dan kollu – fuq livell ta’ krizi ta’ valuri, it-tifrik li ghandna fil-familji.......... pero mhux biss. Malta hi parti mid-dinja............. Kulhadd ghaddejj kif inhu ghaddejj u hadd m’hu qed jahseb, kulhadd jibni, jibni u jibni, qisu xejn m’hu ha jintemm f’din il-hajja, aljenati.
Ftakru mhux Alla li johloq id-disastri naturali. Huwa d-dnub taghna li jikkawzahom. Itolbu li pajjizna, bil-konverzjoni u bir-Ruzarju, ikun mehlus. Xandruh dal-messagg anke lil min ma jaghtix kas. Ibqa miexja b’ras iebsa u taqtax qalbek ghax kif Alla qal lil profeta Ezekjel, ‘ Huma rashom iebsa u nwebbislek rasek aktar minnhom. Kif kienu Mose u Aaron mal Faraun sakem fl-ahhar ceda. Importanti xandruha, ifthu ghajnejn in-nies, jaraw madwarna x’inhu ghaddej ...............Itolbu r-Ruzarju bil-fidi. Is-sbuhija tat-talb hija t-tama li d-dinja tal-lum tilfitha. Araw x’qed jigri l-aktar fl-Ewropa u l-Lvant nofsani ...............Nifthu ghajnejna, ma nkunux ghomja u ifthu ghajnejn in-nies. Tibzghux jekk ma jifhmukomx. Mhux biex inbezzghu imma biex naghtu t-tama – it-tama li nitobu li bir-Ruzarju possibli. Meta l-Madonna gewwa Fatima marret tghid li jekk ma nitolbux ir-Ruzarju tigi gwerra ohra, mhux biex toqghod dbezzana, biex tevitahielna….imma milli jidher konna wisq rjus iebsa u ma setghetx tevitahha.
Il-Madonna mihiex magician – il magician jaghmel xi haga minghajrek. Gesu u Maria m’humiex magicians thares lejhom, ticcassa u tara x’se jaghmlu…iriduk taghmel xi haga inti maghhom – kif jghid San Pawl “ahna haddiema ma’ Kristu”.
Anke t-theddid ta’ gwerra fid-dinja u biza ta’ uzu minn bombi nukleari, l-arma taghna hija din – il-kuruna biex nghidu t-talba tar-Ruzarju. Emmnuha.
Kemm ha ddum is-Sema’ fid-dinja kollha tipprova tikkunvincina li din hija s-soluzzjoni. Ahna rridu soluzzjonijiet ohrajn IMMA s-Sema’ din taghtna. Ejjew inkunu ckejknin hawn f’Malta. L-Appostli kienu tnax, ahna qeghdin iktar. B’dawk it-tnax Alla ghamel xi haga sabiha. Jekk kull wiehed u wahda minna niehdu dis-sejha ................., anka jekk ma jifhmuniex, taghtux kas, kunu raskom iebsa aktar minnhom, irjus taz-zonqor kunu jekk hemm bzonn. Kunu raskom iebsa iktar minn min ma jridx jisma’, imma ibdew, ibdew, ibdew qabel ma jkun tard. Kunu intom ukoll BERQA, kun sinjal int ukoll fejn tkun, pero sinjal ta’ tama, mhux sinjal ta’ kundanna.
Il-Evangelju hu tama gdida ghall-bniedem. ghelhekk b’konvinzjoni u itolbu r-Ruzarju u itolbuh, anke meta titolbu man-nies, ghiduha bhala intenzjoni nitolbu biex pajjizna jinheles mid-disastri naturali, ghiduha, biex id-dinja tinheles mill-gwerra................
Dak li s-Sema’ tipproponielna hija din il-qawwa. David kien wahdu, kien ckejken u bl-izbandola rebah lil Gulija. B’din l-izbandola – il-kuruna u t-talba tar-Ruzarju nerbhu lil Gulija ta’ zminijietna: Il-forza tal-hazen, li trid thedded u tghezzez is-sisien anke tal-familji taghna....It-tfal iz-zghar b’min jaghmlu l-arja ? B’ommhom u missierhom, u ahna l-arja naghmluha b’din – bil-kuruna u bit-talba tar-Ruzarju.
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
.