John 8:44b ... the devil was a murderer from the beginning and does not stand in the truth, because there is no truth in him. When he lies, he speaks according to his own nature, for he is a liar and the father of lies.
********************************************************
Jesus Christ – Conqueror of Satan
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2015/06/jesus-christ-conquerer-of-satan-by.html
VICTORY - ONLY WITH JESUS CHRIST
"Discouragement comes always from the evil one"
Saint Anthony's War Against Demons - Published on Aug 15, 2016
Saint Anthony of the Desert not only engaged in fierce battles against the devil through prayer and fasting, but they mocked, sneered and abused him. For his triumphs over the devil God promised that he would make his name known everywhere
https://www.youtube.com/watch?v=7ISs032tXEA
" Renounce to the evil one...Do it after Holy Communion, when you are full of JESUS
"In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me."
This video is without the interpreter's translation
Fr Elija Vella OFM Conv. --- Oslobodenie od Zlého - Deliverance from the evil one
Ex satanista mette in guardia dai pericoli di Halloween
IN MALTA
- http://www.kosmalta.org/minahna.html
- http://www.kosmalta.org/df.html
- http://www.kosmalta.org/
P. Elias Vella biela a čierna mágia - Fr Elia Vella on white and black magic
P. Elias Vella reika a psychotronika - Fr Elia Vella on reiki and psychic,
Taf li jekk tkun paci m’Alla, jiġifieri [Lq:10:27]...tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, u b'ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b'moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.", tersaq lejn is-sagramenti tal-qrar u tqarbin, tapprezza d-dinjità tal-Kmandamenti , tieħu sehem fil-quddies, anke quddies ta' fejqan u ħelsien, tidhol f’xi prayer group, tattendi rtiri, iġġor il-kuruna dejjem fuqek u titlob it-talba tar-Rużarju….int protett, iva protett mill-ħażen li wieħed ikun jixtieqlek. Anzi, id-deni li jkun xtaq lilek jerga' jmur għal fuqu - bħal boomerang ! Tidħaq ? Hekk iridek ix-xitan ma temminx bil-qawwa omnipotenti t'Alla u tal-Ewkaristija Mqaddsa. Imma x-xitan jemmen bil-qawwa tagħhom u għalhekk jinganna l-bniedem u jċaħħdu mill-paċi f'qalbu billi jġgħelu jinfexx fil-mibgħeda u s-saħta...
Taf li l-oroskopju, palm reading, qari tal-karti, qari tax-xorti, qari tal-futur, ouija board, kuntatt mal-ispirti, spiritiżmu, black, white magic, New Age - dawn huma kollha ħaġa waħda max-xitan. Għadek tidħaq ? Hekk iridek ix-xitan, mazzun: Tesperjenza din 'l-avventura' mal-okkult u l-ispiritiżmu - biex tbexxaqlu t-tieqa ħa jidħol f'ħajtek... u wara tispiċċa f’dipressjoni, kif ukoll f’disperazzjoni ta' rabja, mibgħeda, vendetta.
Alla Huwa l-ħajja, il-kalma, ir-Rebħa;
ix-xitan huwa l-mewt, indannazzjoni, it-tellief, il-giddieb.
Ġesù, Alla jgħidilna - aħfru w itolbu għal min jagħmlilkom id-deni, (kemm hi diffiċli għal bniedem hux, imma bil-qawwa u bil-għajnuna t’Alla iva possibli.) Alla biss jixtieq il-ġid lil kulhadd u min irid jimxi warajH, hekk irid jaghmel - jitlob għal min jgħobodu, ibierek lil min jistħu...X’IMHABBA ALTRUISTA HI L-IMHABBA TA' ALLA ! Hu jagħti ċ-ċans, ħalli anke min ikun jixtieq il-ħsara, jiġi konxju tad-deni li jkun qed jagħmel lilu nnifsu stess; ħalli jindemm u jersaq għas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar) u jkun jista' jerġa' jibda' jesperjenza il-paċi vera f 'qalbu:
Din hi l-vera xewqa ta' kull bniedem - li jħossu maħbub u li jgħix fil-paċi, miegħu nnifsu u mal-proxxmu !
Alla Hu t-triq, il-Verità u l-Ħajja. Ammen Alleluja.
- - - - - - - - - - - - - - - - -
Sib ħin, aqra u tgħallem mill-Bibbja – (tal-Għaqda Biblika Maltija)
Ara xi tgħid il-Kelma ta' Alla :-
- Levitiku 19:31 --- [Lev:19:31] “La tmurx għand is-saħħara li jsejjħu l-erwieħ u la tfittxux lil min jeħber; la tiċċappsux bihom: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.
- Dewteronomju 18:9-12 --- [Dt:18:9] “Meta inti tidħol fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, titgħallimx timxi fuq id-drawwiet koroh ta' dawn il-ġnus. [Dt:18:10] Ma għandu jkun hemm ħadd f'nofsok li jgħaddi min-nar lil ibnu jew lil bintu, lanqas min jeħber, min jitkixxef il-ġejjieni, [Dt:18:11] min jagħmel il-magħmul u s-sħarijiet, min isejjaħ l-erwieħ, min jobsor u jistħarreġ il-mejtin. [Dt:18:12] Għax mistkerrah quddiem il-Mulej kull min jagħmel dawn il-ħwejjeġ; u minħabba dawn id-drawwiet koroh li l-Mulej, Alla tiegħek, se jkeċċihom minn quddiemek.
- Isaija 47:12-15 ---
[Is:47:12] Żomm
sħiħ, mela, fil-magħmul tiegħek,
fil-kotra ta' sħarijietek,
li fihom stinkajt sa minn żgħożitek.
Għandhom mnejn jiswewlek;
għandek mnejn tbażża' n-nies bihom.
[Is:47:13] Fnietek
il-kotra tal-kunsillieri tiegħek!
Ħa jqumu issa u jgħinuk,
l-għarriexa tas-smewwiet,
li jħarsu lejn il-kwiekeb,
u ta' kull xahar jgħidulek
x'se jkun li ġej għalik.
[Is:47:14] Ara,
bħat-tiben jaħraqhom in-nar;
ma jeħilsuhiex mis-setgħa tan-nirien.
Ma jkunx ġamar għas-sħana,
ma jkunx nar li toqgħod ħdejh.
[Is:47:15] Hekk
ikunu għalik dawk li fnewk,
is-saħħara li kellek sa minn żgħożitek;
kulħadd jitlaq għal rasu,
ħadd ma jibqa' hemm biex jgħinek.
- Efesin 6:13-18 --- [Efes:6:13] Għalhekk ħudu fuqkom l-armatura ta' Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, żżommu weqfin. [Efes:6:14] Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja, [Efes:6:15] u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa ta' l-Evanġelju tas-sliem; [Efes:6:16] ħudu f'idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin; [Efes:6:17] ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla ta' l-Ispirtu li hi l-kelma ta' Alla. [Efes:6:18] Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha.
- Gwanni 3:16 --- [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
AND ---
Ouija..."THE BEST WAY TO BREAK AN ADDICTION IS TO NEVER START"
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/07/ouijathe-best-way-to-break-addiction-is.html
EJJA MULEJ GESU. GHINNA NHOSSU L-PREZENZA TIEGHEK F'HAJJITNA
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2010/09/ejja-mulej-gesu-kun-dejjem-maghna.html
ALLA DEJJEM JILQGĦEK LURA GĦANDU - ALLA JIBQA' JĦOBBOK - ALLA HUWA MĦABBA
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2010/09/l-imhabba-vera-ta-alla.html
PRAYER TO THE HOLY SPIRIT - during Liberation Mass - Ħelsien mis-sataniżmu -- Fr Elija (Elias) Vella OFM Conv.
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2012/08/liberation-mass-against-satanism-by-fr.html
.