blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: April 30 - St Pius V, Pope

Tuesday, April 29, 2014

April 30 - St Pius V, Pope








7 ta' Ottubru -- PAPA PIJU V - IL-BATTALJA TA' LEPANTO U T-TALBA TAR-RUŻARJU

 Ħajr lis-Sur Joseph Galea tal-video














30 TA’ APRIL
Tifkira liturġika ta' SAN PIJU V
Papa: 1504 – 1572
Anton Mikiel Ghislieri, kif kien jismu qabel sar Papa, twieled fl-1504, f’Bosco, fil-Lombardija, l-Italja, f’familja fqira. Fl-1519, meta kellu ħmistax-il sena daħal mad-Dumnikani, u qaddes fl-1528. Għal sittax-il sena għallem it-teoloġija u l-filosofija, sakemm il-Papa Pawlu IV, fl-1556 ħatru Isqof ta’ Sutri, u fl-1557 Kardinal. Imbagħad il-Papa Piju IV li laħaq wara Pawlu IV, poġġieh Isqof ta’ Mondori.
Meta l-Papa Piju IV miet, f’Diċembru ta’ l-1565, il-Kardinal Ghislieri ġie elett Papa fis-7 ta’ Jannar 1566, u ħa l-isem ta’ Piju V. Bil-ħajja qaddisa tiegħu ġab atmosfera ġdida f’Ruma. Wettaq ħafna mir-riformi fil-Knisja, mitluba mill-Konċilju ta’ Trentu (1545-1563). Ippubblika Katekiżmu, Missal u Brevjar ġodda. Irriforma l-mużika u l-liturġija tal-Knisja. Ħadem bla serħan biex jgħaqqad il-mexxejja nsara ta’ l-Ewropa kontra t-theddida tat-Torok. Fl-1570 skomunika lir-Reġina Eliżabetta I ta’ l-Ingilterra, u kiteb lil Mary Stuart fil-ħabs biex ifarraġha.
Malta għandha tassew biex tqisu bħala missier li ħaseb fiha ħafna bl-għajnuna kbira li ta’ lill-Kavallieri speċjalment biex sewwew il-ħerba li ħallew warajhom it-Torok taħt Suleiman II fl-Assedju l-Kbir u biex bnew il-belt Valletta.
Għen ħafna lil Don Juan ta’ l-Awstrija bħala l-Kmandant tal-flotta Nisranija, u waqt li talbu biex ma jeħux miegħu nies ta’ ħajja ħażina, ordna talb pubbliku għas-suċċess tat-taqbida tiegħu kontra t-Torok li ntemmet f’rebħa kbira għall-Insara fil-battalja ta’ Lepanto fis-7 ta’ Ottubru 1571. Fuq din ir-rebħa, il-Papa waqqaf il-festa tar-Rużarju Mqaddes, u żied it-titlu “Għajnuna ta’ l-Insara” fil-Litanija tal-Madonna.
Kien iqatta’ ħafna ħin fit-talb, kien isum ħafna, u jgħaddi mingħajr il-kumditajiet u l-ħela, u kien josserva bir-reqqa ir-Regola bħala patri Dumnikan.
Miet fl-1 ta’ Mejju 1572, u jinsab midfun f’Santa Maria Maggiore, b’monument mill-isbaħ.
Talba
Oh Alla, int għażilt lil San Piju V biex ikun Ragħaj tal-Poplu kollu tiegħek ħalli jagħmillu l-ġid bil-kelma u bl-eżempju, ibqa’ ħares nitolbok, lir-ragħajja tal-Knisja u l-merħliet li tafda f’idejhom u mexxihom ilkoll sa ma jaslu fis-salvazzjoni ta’ dejjem.











August 5 - Dedication of the Basilica of Santa Maria Maggiore, Rome --- Our Lady of the Snows

http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/08/consecration-of-of-basilica-of-santa.html




.