blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: THE SOLEMNITY OF THE IMMACULATE CONCEPTION - Mystical Rose ---- THE HOUR OF GRACE --- December 8 --- & --- La donna che schiaccia il serpente - The woman who crushes the serpent --- & --- BREVJAR

Saturday, December 06, 2008

THE SOLEMNITY OF THE IMMACULATE CONCEPTION - Mystical Rose ---- THE HOUR OF GRACE --- December 8 --- & --- La donna che schiaccia il serpente - The woman who crushes the serpent --- & --- BREVJAR

 
December 8 - The Immaculate Conception (Our Lady immaculately conceived (without Original Sin) in the womb of her mother, Saint Anne, wife of Saint Joachim 


Is-sema' l-ġdida
ġiet tnissel f'ġuf Anna b'id Alla, l-ħallieq ta' kollox;
minnu ħarġet ix-xemx li qatt ma tinżel,
li ddawwal id-dinja kollha bir-raġġi tal-qdusija,
bl-imħabba bla qjies tiegħu - Hu, li hu l-ħabib waħdieni tal-bnedmin
(Liturġija Biżantina)





Pope Francis celebrates Immaculate Conception
 Published on 9 Dec 2014
Pope Francis celebrated the feast of the Immaculate Conception in Piazza di Spagna Dec. 8. 




THE IMMACULATE CONCEPTION

At the Catholic Church of St. Kilian at Dingsheim, France


 
At the Catholic Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay, Malta


What is the Immaculate Conception?  





"Chaire, Kecharitomene"  - Hail, Full of Grace

"Theotokos"  - God bearer; Birth-Giver of God; The one who gives birth to God; Mother of God 

><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>



APPARITIONS OF OUR LADY - ROSA MISTICA



Request of Our Heavenly Mother for the Hour of Grace:

1. To be started from 12 noon until 1 p.m. (one full hour of prayer);

2. During this hour the person making the Hour of Grace either at home or in a church must put away all distractions;
3. Begin the Hour of Grace by praying three times the 51st Psalm with outstretched arms;
4. The rest of the Hour of Grace may be spent in silent communication with God, adoring the Sacred Host, meditating upon the Passion of Jesus, saying the Holy Rosary, praising God in you own way or by using favourite prayers, singing hymns, etc.

History: During the period of November 24 1946 to December 8, 1947, the Blessed Mother appeared to Sister Pierina in a little church in Montichiari, Italy, eleven times.

On the first appearance the Blessed Mother told Sister Pierina She wanted to be known as the Mystical Rose and that an hour of grace should be kept at noon, December 8th, in all the Catholic Churches of the world. The Blessed Mother wanted this to be known through all Italy, and the entire world.

It was November 16, 1947 when Sister Pierina was finishing Her Thanksgiving after Holy Communion when she saw a great light. She then saw a vision of the Blessed Mother as the Mystical Rose.

Sister was so deeply moved by the stunning beauty of Our Lady that she began talking to Her. All of a sudden a gentle force made her kneel down in front of Our Lady. The Blessed Mother spoke these words. "My Son is so greatly offended by the sins of impurity. He is already planning to send the deluge upon the people, for their destruction, but I have asked Him to show mercy, and not send the destruction. So that is why I have appeared, to ask for penance and atonement for the sins of impurity."

On the 22nd of November, Sister Pierina felt the overwhelming urge to go to church at 4:00. The Mother Superior, four Sisters, and a group of friends accompanied her. They were all saying the Rosary when the Blessed Mother appeared as before.

Again, Our Lady asked for penance. She said, "Penance is nothing more than accepting all our crosses daily willingly. No matter how small, accept them with love." At this time She told Sister Pierina to come again on December 8th at noon. "This will be my Hour of Grace." The Sister asked how she was to prepare for this Hour of Grace? To which the Blessed Mother said, "with prayers and penance. Pray the 51st psalm with outstretched arms three times. During the Hour of Grace, many spiritual graces would be granted. The most hard-hearted sinners will be touched by the grace of God." The Blessed Mother promised that whatever a person asked her for during this Hour of Grace (even in impossible cases) would be granted to them, if it was in accordance with the Will of the Eternal Father.

On the morning of December 8th, people began arriving at the little church at 8:00 in the morning form neighbouring towns. By noon, some 10,000 people had gathered to see the Blessed Mother… In the most gentle and loving voice, Our Lady smiled and began to speak [to Sister Pierina]: "I am the Immaculate Conception, the Mother of my Beloved Son, Jesus. I want to be known as the Mystical Rose. My wish is that every year on the 8th of December, at noon, an Hour of Grace will be installed. Many spiritual graces and physical blessings will be received by those who pray, undisturbed, during this hour."



><>       ><>       ><>       ><>       ><>       ><>       ><>

La donna che schiaccia il serpente - The woman who crushes the serpent 



 


POESIA ALL'IMMACOLATA. 

Vera Madre son io di un Dio che è Figlio
e son figlia di Lui, benché sua Madre.
Ab aeterno nacqu'Egli ed è mio Figlio,
nel tempo io nacqui, eppur gli sono Madre
- Egli è il mio Creator ed è mio Figlio;
son io sua creatura e Gli son Madre.
Fu prodigio divin l'essere mio Figlio
un Dio eterno, e me d'aver per Madre
L'essere quasi è comun fra Madre e Figlio
perché l'esser dal Figlio ebbe la Madre
e l'esser dalla Madre ebbe anche il Figlio.
Or, se l'esser dal Figlio ebbe la Madre,
o s'ha da dir che fu macchiato il Figlio,
o senza macchia s'ha da dir la Madre.

Questa poesia fu composta niente di meno che da Satana in persona. Nel 1823, ad Ariano Irpino (Avellino), due celebri predicatori domenicani, p. Cassiti e p. Pignataro, furono invitati a esorcizzare un ragazzo. Allora si discuteva ancora tra i teologi sulla verità della Immacolata Concezione, che fu poi proclamata dogma di fede trentuno anni dopo, nel 1854. Ebbene, i due frati imposero al demonio di dimostrare che Maria era Immacolata; e per di più gli ingiunsero di farlo mediante un sonetto: una poesia di quattordici versi endecasillabi, a rima obbligata. Si noti che l'indemoniato era un fanciullo di dodici anni e analfabeta. Subito Satana pronunciò i versi che abbiamo sopra esposti
(Fonte: Padre Gabriele Amorth, Nuovi Racconti di un esorcista). 
--- Facebook - Padre Gabriele Amorth - 8 Dicembre 2014

http://medjugorjemalta.blogspot.com/2013/05/vade-retro-la-donna-che-schiaccia-il.html



><>       ><>       ><>       ><>       ><>       ><>       ><>



PRAISING GOD - From Breviary in Maltese - http://www.laikos.org/LS/LS_2014-2015.php


 

8 ta’ Diċembru

IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

Solennità

L-1 Għasar
(7 ta' Diċembru filgħaxija)

INNU



Bieb tas-sema, li ġo qalbek

tiftaħ kenn għall-verġni kollha,
int, Omm Alla w dejjem Verġni,
tama tagħna w ferħ tal-ġenna.

O ħamiema bajda w safja,
ġilju qalb l-għolliq tal-ħajja,
bik mill-għerq ir-rimja ħarġet
għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

Reġġa’ lura, torri qawwi,
ħbit il-għadu w biegħdu minna;
bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,
ġewwa l-port mixtieq wassalna.

Minn kull dell ta’ qerq oħroġna,
żommna mbiegħda minn kull sikka
fost il-mewġ qalil, w iftħilna
triq is-sliem qabel nintilfu.

Lejk induru, int li b’riġlek
ras is-serp għaffiġt, għax waħdek
tnissilt safja w kont meħlusa
minn kull tebgħa w nifs ta’ħtija.


Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ‘l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd m’hu bħalek.  Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1:   Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

Salm 112 (113)

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *
faħħru isem il-Mulej.
Ikun imbierek isem il-Mulej, *
minn issa u għal dejjem!

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *
ikun imfaħħar isem il-Mulej!
Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *
ogħla mis-smewwiet hu sebħu.
Min hu bħall-Mulej, Alla tagħna, †
li qiegħed fl-għoli? *
Hu li jħares 'l isfel, lejn is-smewwiet
      u lejn l-art.

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *
u jerfa' mill-miżbla l-fqajjar,
biex mal-kbarat iqiegħdu, *
mal-kbarat tal-poplu tiegħu.
Il-mara bla wlied iqegħedha f'darha, *
jagħmilha omm ferħana b'uliedha.

  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *
  u lill-Ispirtu s-Santu.
  Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
  u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Ant. 1:  Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.
Ant. 2:  Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.

Salm 147 (147B)

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *
faħħar 'l Alla tiegħek, Sijon!

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta' bwiebek, *
u jbierek ġewwa fik 'l uliedek.
Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta' artek, *
u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.
Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu; *
bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *
ixerred bħar-rmied il-ġlata.
Jitfa' s-silġ bħal frak tal-ħobż; *
u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.
Isemma' kelmtu, u jinħall is-silġ; *
jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *
il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael. 
Ma għamel hekk ma' ebda poplu; *
lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu. 
  Glorja lill-Missier......

Ant. 2:  Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.
Ant. 3:  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Kantiku (Ef 1:3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b'kull xorta ta' barka spiritwali,
    fis-smewwiet fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa 
      quddiemu fl-imħabba.
Iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta' Ġesù Kristu; *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu, *
 
  għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
          li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,
skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet;
 
  jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.
  Glorja lill-Missier.......

Ant. 3:  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

LEZZJONI QASIRA                                                                 Rum 8:29. 30

Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta' Ibnu; lil dawk li ppredestinahom, sejjħilhom ukoll; lil dawk li sejjħilhom, iġġustifikahom ukoll.

RESPONSORJU QASIR

R. Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi. * Għaliex għoġbok teħlisni.  Ngħollik.
V. U ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija. * Għaliex għoġbok teħlisni. Glorja. Ngħollik.

Ant. tal-kantiku ta’ Marija:
Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, hallelujah.

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma wiegħed lil missirijietna - *
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja.

Ant. tal-kantiku ta’ Marija:
Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, hallelujah.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu. Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon  tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew
Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema bir-ruħ u l-ġisem lill-Verġni bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
- ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int, li tajtna lil Marija bħala ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-imnikktin, aħfer lill-midinbin:
- agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
- ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda u ruħ waħda fl-imħabba:
- agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija, Omm Ġesù.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:
- agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fl-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna

Talba

          O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Għeluq

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
Ammen.



 
TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM
WARA L-I GĦASAR TAL-ĦDUD U
TAS-SOLENNITAJIET
 
V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

Fi żmien ir-Randan ma jingħadx Hallelujah.
Wara dan il-versett tal-bidu tkun Ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skond il-formoli wżati fil-Quddiesa.

ATT PENITENZJALI
l.. Issir l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:
Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, 
u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, 
bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:
iħabbtu fuq sidirhom
ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. 
Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, 
lill-Anġli u l-Qaddisin kollha, 
u lilkom, Ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.
Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn galina Alla li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R/. Amen.

Jew
II. Issir l-istedina gĦall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. ImbagĦad jingĦad:
V. Ħenn għalina, Mulej
R. Għax dnibna kontra tiegħek.
V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.
R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina Alla li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R. Ammen.

Jew
III. Issir l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:
Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.
R. Kristu ħniena.
Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R. Ammen.

INNU
Wara dan il-jum li tajtna,
nitolbuk, ħallieq ta’ kollox,
biex fit-tjieba kbira tiegħek
tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

Fik u bik jistrieħu qlubna,
jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,
sabiex għada minn filgħodu
jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

Bierek jiemna b’saħħa tajba,
żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,
u bid-dija tiegħek dawwal
dlam il-lejl li riesaq fuqna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

SALMODIJA

Barra Ż.GĦ.:
Ant.1:  Ħenn għalija, Mulej, u isma’ talbi.

Ż.GĦ.:
Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

Salm 4

Radd ta’ ħajr
Il-Mulej wera tjieba kbira ma’ dak li hu qajjem mill-imwiet. (S. Wistin)

Weġibni, meta nsejjaħlek, *
Alla tal-ġustizzja tiegħi;
oħroġni fil-wisa' meta nkun imdejjaq, *
ħenn għalija u isma' talbi.

Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom? *
Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb?
Kunu afu li l-Mulej wera tjieba kbira miegħi; *
jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.

Triegħdu bil-biża', u la tidinbux; *
aħsbu f'qalbkom bil-lejl, u isktu! 
Offru s-sagrifiċċji li għandkom tagħmlu, *
u ittamaw fil-Mulej.

Ħafna jgħidu: "Min jurina r-riżq?" *
Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta' wiċċek.
Int nissilt l-hena f'qalbi, *
aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.
Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem, *
għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħedni.
  Glorja.

Barra Z.GĦ.:
Ant.1:  Ħenn għalija, Mulej, u isma’ talbi.
Ant.2:  Bierku l-Mulej fil-ljieli.

Salm 133 (134)

It-talb ta’ filgħaxija fit-tempju
Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja kollha tiegħu, intom li tibżgħu minnu, iż-żgħar u l-kbar. (Apok 19:5)

Ejjew, bierku l-Mulej, †
qaddejja kollha tal-Mulej, *
intom li toqogħdu f'dar il-Mulej.
Erfgħu idejkom lejn it-tempju, *
u bierku l-Mulej fil-ljieli.

Ibierkek il-Mulej minn Sijon, *
hu li għamel is-sema u l-art!
Glorja.

Ant.2:  Bierku l-Mulej fil-ljieli.

Z.GĦ:
Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

LEZZJONI QASIRA     Dewt 6:4-7

Isma', Iżrael: Wieħed hu l-Mulej, il-Mulej Alla tagħna. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha u b'saħħtek kollha. Żomm f'qalbek dawn it-twissijiet li jiena qiegħed nagħtik illum ; għallimhom lil uliedek u kellimhom  fuqhom, sew meta tkun f'darek, sew meta timxi barra t-triq, sew meta tkun se  timtedd, u sew meta tqum.

RESPONSORJU QASIR

Barra żmien il-Għid:
R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

- f’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:
Ant. Dan hu l-jum li gĦamel il-Mulej; Ħa nifirĦu u nithennew fihĦ Hallelujah.

Fi żmien il-Għid:
R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).

KANTIKU EVANĠELIKU                                                       Lq. 2,29-32

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Israel

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *
imur fis-sliem, skond kelmtek;
għaliex għajnejja raw *
is-salvazzjoni tiegħek,
li int Ħejjejt *
għall-popli kollha:
dawl biex idawwal il-ġnus, *
u glorja tal-poplu tiegħek Israel.

Glorja.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).

Talba
Ejja żurna, Mulej, f’dan il-lejl li ġej fuqna, biex għada mas-sebħ inqumu bil-qawwa tiegħek, u nifirħu bil-qawmien ta’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.  R/.  Ammen.

Jew, fis-solennitajiet barra l-Ħdud:
Nitolbu. Żur, Mulej, lil din id-dar, u biegħed minnha kull tnassis tal-għadu;
jgħammru fiha l-anġli qaddisa tiegħek, biex iħarsuna u jżommuna fis-sliem; u
xerred dejjem il-barka tiegħek fuqna. Bi Kristu Sidna. R. Ammen.

Wara t-talba tingħad il-barka:
Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. 
R. Ammen.

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda 
mill-antifoni tal-Madonna.

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.
jew

Is-sliem, o Sultana
tas-sema, Sidt l-anġli;
int l-għerq u l-bieb safi
mnejn ġie dawl id-dinja.
O Verġni glorjuża,
ta’ ġmiel u sbuħija,
is-sliem għalik! Itlob
lil Kristu għalina.

jew

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;
ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajjtu,
għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
f’dan il-wied ta’ dmugħ.

Ejja, mela, avukata tagħna,
dawwar lejna
dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;
u wrina, wara dan it-turufnament,
lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O Ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

jew

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
o Verġni glorjuża u mbierka.



 ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> 



IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA
(8 ta' Diċembru filgħodu)

V/.  Mulej, iftaħli xufftejja.
R/.  U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94 (95)

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b'għana ta' radd il-ħajr,
ngħannulu b'għajat ta' ferħ.

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir fuq l-allat kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma qċaċet l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art, għax b'idejh saret.

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

M'hux li kontu llum tisimgħu leħnu!
"La twebbsux qalbkom bħal f'Meriba,
bħal dakinhar f'Massa, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
u jien għedt: 'Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.'
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!"

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
          U jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant.  Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.
  


UFFIĊĊJU TAL-QARI

V/.  O Alla, ejja eħlisni.
R/.  Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Hallelujah.

INNU

Lilek b’qalb ferħana nxandru,
Omm qaddisa w safja t’Alla:
fi tjubiteb ilqa’ l-innu
ta’ tifħir li llum ninsġulek.

Aħna wlied Adam il-ħatja,
fit-tniġġis tad-dnub nitnisslu:
inti waħdek, Verġni mbierka,
qatt ma sfajt imtebbgħa bħalna.

B’riġlek sħaqt ir-ras imkabbra
tax-xitan għajjur għalina:
waħdek dhert fil-glorja kollha
bħal Adam kif ħalqu Alla.

Inti l-ġieħ tan-nisel tagħna,
li neħħejt il-għajb ta’ Eva:
taħt għajnejk ħanina żommna
mill-waqgħat fit-triq lejn Ibnek.

Bl-id setgħana tiegħek rażżan
lis-serp ħajjen u l-ħbit tiegħu,
ħalli bik, Omm twajba, niksbu
fis-smewwiet il-ferħ ta’ dejjem.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ‘l Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd m’hu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1:   Fit-tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.

Salm 23 (24)

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha.

Min jista' jitla' fuq l-għolja tal-Mulej, *
min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu idejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.

Dan ikollu barka mingħand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta' dawk li jfittxuh; *
li jfittxu 'l wiċċek, Alla ta' Ġakobb.

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta' dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
     il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta' dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta' l-eżerċti:
    dan hu s-Sultan tal-glorja!
  Glorja.

Ant. 1:   Fit-tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.
Ant. 2:   Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.
Salm 45 (46)

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarrfu l-muntanji f'nofs ta' baħar;
anqas jekk jgħajjtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżhżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej ta' l-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta' Ġakobb!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
iferrħu l-belt ta' Alla, *
      l-għamara qaddisa ta' l-Għoli.
Hemm Alla f'nofsha, ma titħarrikx; *
jgħinha Alla mat-tbexbix  tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewwbet l-art, malli samma' leħnu.

Il-Mulej ta' l-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta' Ġakobb!

Ejjew, araw x'għamel il-Mulej, *
għemejjel ta' l-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarki bin-nar, u jgħid:
"Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq  l-art!"

Il-Mulej ta' l-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta' Ġakobb!
  Glorja.

Ant. 2: Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.
Ant. 3:  O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq l-għoljiet imqaddsa.

Salm 86 (87)

Il-Mulej bena 'l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta' Ġakobb.

O belt ta' Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
"Ngħodd 'il Raħab u 'l Babel *
ma' dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!"

U għal Sijon jingħad: *
"Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f'postha."

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
"Dan twieled hemm!"
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.
  Glorja.

Ant. 3: O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq l-għoljiet imqaddsa.

V/.  Alla li jista’ kollox ħażżimni bil-qawwa.
R/.  Mexxieni fi triqti bla tebgħa.

LEZZJONI 1

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani                           Rum 5:12-21

Fejn kotor id-dnub
Kotrot fuq li kotrot il-grazzja

       Ħuti: Bħalma kien permezz ta' bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub,
                  u permezz tad-dnub il-mewt,
                  u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, 
għax kollha dinbu...
     Sakemm kienet għadha ma waslitx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja:
                  imma d-dnub ma kienx magħdud,
                  ladarba liġi ma kienx hemm.
     Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mosè,
mqar fuq  dawk li ma  waqgħux fid-dnub  li  fih kien 
                  waqa' Adam,
                  li kien xbieha ta' dak li kellu jiġi.
     Imma d-don m'huwiex bħall-ħtija.
                  Għax jekk permezz ta' ħtija waħda
mietet il-kotra,
                  aktar u aktar issa l-grazzja ta' Alla u
                  d-don mogħti bil-grazzja ta' bniedem
wieħed, li hu Ġesù Kristu,
                  xterdu bil-bosta fuq il-kotra.
     U d-don  anqas ma  hu  bħall-frott  ta'
dak  il-wieħed li dineb; għax tassew, il-ġudizzju
mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda  
d-don  mogħti  
wara  ħafna  dnubiet  iwassal  
għall-ġustifikazzjoni.
     Għax jekk minħabba fil-ħtija ta'
wieħed waħdu saltnet il-mewt permezz
ta' dak il-wieħed,
                  aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra
                  tal-grazzja u d-don tal-ġustifikazzjoni
                  għad isaltnu fil-ħajja permezz ta' wieħed
li hu Ġesù Kristu.  
     Mela kif bil-ħtija ta' wieħed  waħdu  
waslet  il-kundanna fuq il-bnedmin kollha,
                  hekk  ukoll bl-opra  tal-ġustizzja ta'  
wieħed  waslet   lill-bnedmin kollha
                  l-ġustifikazzjoni   tal-ħajja.  
     Għax   kif    bid-diżubbidjenza ta' bniedem
wieħed il-ħafna saru midinbin,
                  hekk ukoll bl-ubbidjenza ta' wieħed il-
ħafna jsiru ġusti.
     Il-Liġi daħlet biex kotru d-dnubiet;
fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot
il-grazzja.
     B'hekk,  kif  id-dnub saltan permezz
tal-mewt,
                  hekk issa l-grazzja ssaltan permezz
tal-ġustizzja għall-ħajja ta' dejjem
                  b’Ġesù Kristu Sidna.

RESPONSORJU                                                             Rum 5:15; Lq 1:30;
                                                                                Ara Salm 114 (115): 8; 17; 19

R/.  Permezz ta’ bniedem wieħed fid-dinja daħal id-dnub, u bih il-bnedmin kollha dinbu. * Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla.
V/. Il-Mulej mill-mewt ħelisli ‘l ħajti, waqaf miegħi kontra l-għedewwa. * Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla.


LEZZJONI II

Qari mid-Diskorsi ta’ l-isqof San Anselmu

Verġni, il-barka tiegħek
hi barka għal kulħadd

          Is-sema, il-kwiekeb, l-art u l-baħar, il-jum u l-lejl, dak kollu li hu taħt is-setgħa tal-bniedem jew jiswa għall-ġid tiegħu, kollox juri l-ferħ li bis-saħħa tiegħek, Sidtna Marija, b’xi mod reġa’ ħa l-ħajja mill-ġdid u ngħatatlu grazzja ġdida li ma bħalha, u ntraddlu lura wkoll il-ġieħ li kien tilef. Għax kollox kien qisu mejjet. Fil-bidu tagħhom il-ħwejjeġ maħluqa kellhom id-dinjità li jaqdu lill-bniedem biex permezz tagħhom stess iħaddem sewwa s-setgħa tiegħu, jew biex iservuh għall-ġid tiegħu, u hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla; għalhekk issawwru fil-bidu. Iżda mbagħad tilfu din id-dinjità, waqgħu fil-jasar u tneżżgħu minn ġmielhom, għax il-bniedem beda jinqeda ħażin bihom biex iservi l-idoli; ma kienx għalhekk li ssawwru fil-bidu. Imma issa jifirħu, għax donnhom ħadu ħajja ġdida u reġgħu kisbu d-dinjità li kellhom; għal darb’oħra qegħdin jaqdu lill-bniedem biex iħaddem tajjeb is-setgħa tiegħu u għandhom il-ġieħ li jservuh fil-ġid, biex hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla.
          U jekk qabel lil Alla kienu biss iħossuh bħala s-Sid li jmexxihom mill-għoli tiegħu bla ma jidher, issa dan Alla nnifsu, dak stess li ħalaqhom, deher fosthom jinqeda bihom u jqaddishom. Dan il-ġid kollu xtered bis-saħħa tal-frott imbierek tal-ġuf imbierek ta’ Marija l-Verġni mbierka.
          Għax bil-milja tal-grazzja tiegħek, o Marija, dawk li kienu marbuta f’art l-imwiet ħelsu u mtlew bil-ferħ; u dawk li huma fid-dinja qegħdin iġarrbu l-hena tat-tiġdid tagħhom. Għax permezz ta’ Ibnek il-glorjuż, o Verġni glorjuża, il-ġusti kollha, li ħallew id-dinja qabel ma hu ħa l-mewt biex jagħtina l-ħajja, ferħu għax raw il-ktajjeb tal-jasar tagħhom jitqaċċtu, u l-anġli faru bl-hena meta raw il-belt nofsha mġarrfa tagħhom mibnija mill-ġdid.
          O mara, mimlija fuq li mimlija bil-grazzja, daqshekk, iva, reġa’ ssaħħaħ il-ħolqien kollu meta fuqu xterdet il-grazzja li mliet lilek u faret minnek. O Verġni mbierka fuq li mbierka, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd għax bik jitbierek mhux biss il-ħolqien mill-Ħallieq iżda wkoll il-Ħallieq mill-ħolqien!
          Alla minn ġo qalbu nissel lil Ibnu l-waħdieni u daqsu, ħabbu bħalma ħabb lilu nnifsu, u tah lil Marija: u minn Marija għamel għalih iben li kien l-istess wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed hu l-iben naturali tat-tnejn, ta’ Alla u ta’ Marija. Il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla, u Alla twieled minn Marija. Alla ħalaq kollox, u Marija nisslet ‘l Alla. Alla għamel kollox, u hu għamel lilu nnifsu minn Marija; u b’hekk ġedded kull ma kien għamel. Dak li bis-setgħa tiegħu għamel il-ħlejjaq kollha mix-xejn, wara li tħassru ma riedx iġeddidhom mingħajr Marija.
          Għalhekk Alla hu missier il-ħolqien, Marija omm il-ħolqien il-ġdid. Alla hu missier it-tqegħid ta’ kollox, Marija omm it-twaqqif mill-ġdid ta’ kollox. Alla nissel lil dak li bih sar kollox, Marija wildet lil dak li bih ġie salvat kollox. Alla nissel lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma teżisti. Marija wildet lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma hi sewwa.
          Tassew il-Mulej miegħek, Marija, int li, bil-grazzja li tak hu, il-ħlejjaq kollha saru tant midjuna lejk talli reġgħu ngħaqdu miegħu.

RESPONSORJU                                          Salm 33(34):4; 85(86):13; Lq 1:48

R/.  Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi: * Għax kbira hi t-tjieba tal-Mulej miegħi.
V/.  Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja. * Għax kbira hi t-tjieba tal-Mulej miegħi.

INNU LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU.

Lilek, o Alla, infaħħru: * lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek Missier ta’ dejjem, * id-dinja kollha tqimek.
Lilek l-anġli kollha, *
          Lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom,
Lilek il-kerubini u s-serafini *
          Ixandruk bla heda:

Qaddis, * Qaddis, * Qaddis *
          Il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
          bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar *
          Il-ġemgħa glorjuża ta’ l-Appostli.
Lilek ifaħħar *
          l-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru *
          il-qtajja’ tal-martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha * il-Knisja mqaddsa tistqarr fik:
il-Missier * ta’ kobor bla qjies
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni
u l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
          ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
          u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
          fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu *
          li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek, *
          li int fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
          fil-glorja ta’ dejjem.

Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
          bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
          erfagħhom għal dejjem.
Minn jum għall-ieħor * aħna nberkuk;
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
          u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum *
          inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, * ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
          kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
          ma jkolli qatt għax ninfixel.


TALBA

          O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Inbierku l-Mulej.
R/.  Inroddu ħajr lil Alla.


  ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>


IT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM

V/.  O Alla, ejja eħlisni.
R/.  Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Minn qiegħ qalbna toħroġ għanja
ta’ tifħir għalik, Omm Alla,
biex infakkru kif jixraqlek
l-ewwel waqt tas-sbiħ ta’ ħajtek.

Verġni mqaddsa, ġie tad-dinja,
bint id-dawl li kien minn dejjem,
Ibnek ħaresek minn kull tebgħa
sa mill-ewwel bidu tiegħek.

Minn Adam ilkoll nitnisslu
fit-tinġis ta’ l-ewwel ħtija:
inti waħdek, wara Kristu,
qatt ma kont bil-għajb mimsusa.

Ras is-serp li qarraq bina
tgħaffġet sħiħ ma’ l-art taħt riġlek,
bħalma t-tfajjel David xejjen
ġgant ta’ saħħa barranija.

Dħalt fid-dinja bħal ħamiema
ġwejda w mingħajr semm ta’ ħtija,
bis-sinjal tal-ħniena t’Alla,
rimja ġdida t’għerq il-grazzja.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ‘l Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd m’hu bħalek. Ammen.



SALMODIJA

Ant. 1:  Omm safja u ta’ l-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ‘l Alla fid-dinja.

Salm 62 (63), 2-9

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bilgħatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Ant. 1:   Omm safja u ta’ l-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ‘l Alla fid-dinja.
Ant. 2:   Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar minn-nisa kollha ta’ l-art.

Kantiku           (Dan 3,57-88.56)

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha ta’ l-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.
Ant. 2:   Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar minn-nisa kollha ta’ l-art.  
Ant. 3:  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

Salm 149

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħuħ
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.

Ant. 3:   Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.


LEZZJONI QASIRA                                                                                   Iż 43:1

Dan jgħid il-Mulej, il-ħallieq tiegħek, Ġakobb, dak li sawwrek. Iżrael: Tibżax, għax jiena fdejtek, sejjaħtlek b’ismek, inti tiegħi.

RESPONSORJU QASIR

R. Alla li jista’ kollox, * Ħażżimni bil-qawwa. Alla.
V. Mexxieni fi triqti bla tebgħa. * Ħażżimni bil-qawwa. Glorja. Alla.
Ant. tal-kantiku ta’ Żakkarija:
Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.
    
Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *
u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. tal-kantiku ta’ Żakkarija:
Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.



PREĊI 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:  
Tidħol għalina quddiemek, Ommok, Mulej.
Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:
- żommna safja u mbiegħda mid-dnub.  
Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed qaddisa u santwarju ta’ l-Ispirtu s-Santu:
- agħmilna tempju li fih jgħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.
Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:
- agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.
Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-ġisem:
- agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.
Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:
- agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

Missierna

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Għeluq
Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Amen.



  ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>


IT-TALB TA’ NOFS IL-JUM

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

INNU

Spirtu s-Santu, li int Alla
wieħed mal-Missier u l-Iben,
ejja xxerred ġewwa fina,
ħalli bik ilkoll timliena.

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,
nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;
int kebbisna b’nar imħabbtek,
u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

Kun id-dawl li jtina l-għarfa
tal-Missier u l-Iben tiegħu:
żomm qawwija l-fidi tagħna
fik, l-Ispirtu li ġej minnhom. Ammen.

Ant.  Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

F’Nofsinhar

INNU

Mexxej qawwi, Alla veru,
Inti kollox tqassam sewwa:
jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;
f’nofsu żżejnu b’dawl iħaġġeġ.

Iżda itfi l-għadab fina,
taffi s-sħana ta’ kull deni,
agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,
ġib is-sliem tassew fi qlubna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu Faraġ tagħna. Ammen.

Ant.  Fik il-Mulej sab l-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

INNU

Alla, int, li fik innifsek
m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:
lil kull siegħa tal-ġurnata
tqis id-dawl li jkun imissha.

Ibagħtilna lejla tajba,
fejn il-ħajja qatt ma tonqos,
imma tersaq lejn il-glorja,
li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu Faraġ tagħna. Ammen.

Ant.  Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.


Fid-disgħa ta’ filgħodu

Salm 119 (120)

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *
u hu weġibni.

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *
u mill-ilsna qarrieqa.
X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *
ilsien qarrieq?
Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *
u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *
li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!
Ili ngħix biżżejjed *
ma' dawk li jobogħdu s-sliem.
Jien sliem irrid; imam, malli nitkellem, *
insibhom lesti għall-ġlied.
  Glorja.

Salm 120 (121)

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Iżrael.

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *
anqas il-qamar billejl.

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem.
  Glorja.

Salm 121 (122)

Fraħt meta qaluli: *
"Sejrin f'dar il-Mulej!"
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!
Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta' Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta' David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik?"
Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.
  Glorja.

F’nofsinhar

Salm 122 (123)

Lejk nerfa' għajnejja, *
int li tgħammar fis-smewwiet.

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *
bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *
sa ma jkollu ħniena minna.

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *
għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.
Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *
biż-żebliħ ta' l-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.
  Glorja.

Salm 123 (124)

Li ma kienx il-Mulej magħna *
 - ħa jgħid hekk Iżrael –
li ma kienx il-Mulej magħna, *
meta qamu għalina n-nies,
ħajjin kienu jibilgħuna, *
meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

L-ilma kien jgħarraqna, *
il-wied kien jgħaddi minn fuqna;
minn fuqna kien jgħaddi *
mewġ ta' l-ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *
li ma telaqniex priża għal snienhom.
Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *
Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.
  Glorja.

Salm 124 (125)

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.
Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
    minn issa u għal dejjem.
Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena
fuq l-art, wirt il-ġusti, *
      biex ma jiġrix li l-ġusti
jmiddu jdejhom għall-ħażen.

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *
u lil dawk ta' qalbhom safja.
Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †
jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.
Sliem għal Iżrael!
  Glorja.


 ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> 


Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

Salm 125 (126)

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *
konna qisna mitlufa f'ħolma;
mbagħad bid-daħk imtela fommna, *
u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.
Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *
"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"
Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *
U aħna bil-ferħ imtlejna.

Biddel, Mulej, xortina, *
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *
jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

Huma u sejrin, imorru jibku, *
iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *
iġorru l-qatet f'idejhom.
  Glorja.

Salm 126 (127)

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
     jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
     għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.
Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
     Ma jinfixilx meta jiltaqa'
ma' l-għedewwa f'bieb il-belt.
  Glorja.

Salm 127 (128)

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *
kull min jimxi fit-triqat tiegħu!
Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *
hieni int, u riżqek tajjeb!
Martek tkun bħal dielja għammiela *
         fl-irkejjen ta' darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ  *
madwar il-mejda tiegħek.

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *
li jibża' mill-Mulej!
Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *
Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!
Jalla tara wlied uliedek! *
Sliem għal Iżrael!
  Glorja.

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

Ant.  Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

LEZZJONI QASIRA                                                                            Ef 1:4

Alla għażilna fi Kristu, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.

V/.  Illum it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija.
R/.  Li għaffġet ras is-serp bir-riġel safi tagħha.

F’Nofsinhar

Ant.  Fik il-Mulej sab l-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

LEZZJONI QASIRA                                                                        Ef 1:11-12a

Fi Kristu aħna wkoll konna magħżula, iddestinati minn qabel, skond il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skond il-fehma tar-rieda tiegħu, sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu.

V/.  Ngħanni bil-ferħ b’ruħi u ġismi.
R/.  Lil Alla l-ħaj.

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

Ant.  Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.

LEZZJONI QASIRA                                                                  ara Ef 5:25-27

Kristu ħabb il-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha, biex iqaddisha, u hekk ikun jista’ jressaqha quddiemu sabiħa l-Knisja, bla ebda tebgħa jew tikmixa u xejn minn dan, biex tkun qaddisa u mingħajr tebgħa.

V/.  It-Tnissil tiegħek bla tebgħa, Verġni Omm Alla.
R/.  Ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. Bi Kristu Sidna.  Ammen.

Inbierku l-Mulej
R/.  Inroddu ħajr lil Alla.


   ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>


IT-II GĦASAR

INNU

Bieb tas-sema, li ġo qalbek
tiftaħ kenn għall-verġni kollha,
int, Omm Alla w dejjem Verġni,
tama tagħna w ferħ tal-ġenna.

O ħamiema bajda w safja,
ġilju qalb l-għolliq tal-ħajja,
bik mill-għerq ir-rimja ħarġet
għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

Reġġa’ lura, torri qawwi,
ħbit il-għadu w biegħdu minna;
bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,
ġewwa l-port mixtieq wassalna.

Minn kull dell ta’ qerq oħroġna,
żommna mbiegħda minn kull sikka
fost il-mewġ qalil, w iftħilna
triq is-sliem qabel nintilfu.

Lejk induru, int li b’riġlek
ras is-serp għaffiġt, għax waħdek
tnissilt safja w kont meħlusa
minn kull tebgħa w nifs ta’ħtija.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ‘l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd m’hu bħalek.  Ammen.


SALMODIJA

Ant. 1:   Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

Salm 121 (122)

Fraħt meta qaluli: *
"Sejrin f'dar il-Mulej!"
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!
Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta' Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta' David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik?"
Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.
  Glorja.

Ant. 1:  Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.
Ant. 2:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieħ tal-poplu tagħna.

Salm 126 (127)

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
     jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
     għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.
Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
     Ma jinfixilx meta jiltaqa'
ma' l-għedewwa f'bieb il-belt.
  Glorja.

Ant. 2:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieħ tal-poplu tagħna.
Ant. 3:  Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

Kantiku (Fil 2, 6-11)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b'kull xorta ta' barka spiritwali,
    fis-smewwiet fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa 
      quddiemu fl-imħabba.
Iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta' Ġesù Kristu; *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu, *
 
  għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
          li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,
skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet;
 
  jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.
  Glorja lill-Missier.......

Ant. 3:  Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

LEZZJONI QASIRA                                                                 Rum 5:20-21

 Fejn kotor id-dnub kotrot fuq li kotrot il-grazzja, biex bħalma saltan id-dnub permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustifikazzjoni għall-ħajja ta’ dejjem b’Ġesù Kristu Sidna.

RESPONSORJU QASIR

R/.   Minn dan jiena nagħraf * Li int kuntent bija.  Minn dan.
V/.   Li l-għadu ma jifraħx minħabba fija. * Li int kuntent bija. Glorja. Minn dan.

Ant. tal-kantiku ta’ Marija:
Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma wiegħed lil missirijietna - *
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja.

Ant. tal-kantiku ta’ Marija:
Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu. Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
- ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int,  li tajtna lil Marija bħala ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-imnikktin, aħfer lill-midinbin:
- agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
- ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda u ruħ waħda fl-imħabba:
- agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija, Omm Ġesù.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:
- agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fl-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna


Talba

          O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Għeluq
Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.


TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM
WARA T-II GĦASAR TAL-ĦDUD U
TAS-SOLENNITAJIET
V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

Fi żmien ir-Randan ma jingħadx Hallelujah.
Wara dan il-versett tal-bidu tkun Ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-
ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skond il-formoli wżati fil-
Quddiesa.

ATT PENITENZJALI
l.. Issir l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:
Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, 
u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, 
bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:
iħabbtu fuq sidirhom
ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. 
Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, 
lill-Anġli u l-Qaddisin kollha, 
u lilkom, Ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.
Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn galina Alla li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R/. Amen.

Jew
II. Issir l-istedina gĦall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. ImbagĦad jingĦad:
V. Ħenn għalina, Mulej
R. Għax dnibna kontra tiegħek.
V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.
R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina Alla li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R. Ammen.

Jew
III. Issir l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:
Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.
R. Kristu ħniena.
Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox, 
jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
R. Ammen.

INNU

Wara dan il-jum li tajtna,
nitolbuk, ħallieq ta’ kollox,
biex fit-tjieba kbira tiegħek
tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

Fik u bik jistrieħu qlubna,
jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,
sabiex għada minn filgħodu
jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

Bierek jiemna b’saħħa tajba,
żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,
u bid-dija tiegħek dawwal
dlam il-lejl li riesaq fuqna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu faraġ tagħna. Amen.
SALMODIJA

Barra Ż.GĦ.:
Ant. Taħt ġwenħajk, tistkenn; ma tibżax mill-biza’ tal-lejl.

Ż.GĦ.:
Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

Salm 90

Għad-dell tal-Għoli
Araw, tajtkom is-setgĦa li tirfsu fuq is-sriep u skorpjuni (Lq 10, 19).

Int li tgħix għad-dell tal-Għoli, *
li tgħammar għad-dell ta’ dak li jista’ kollox,
għid lill-Mulej: †
“Dell tiegħi u qawwa tiegħi int, *
Alla tiegħi, jien fik nittama.”

Għax hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab, *
u mill-mard tal-mewt.
Bir-rix tiegħu jgħattik, *
u taħt ġwenħajh tistkenn.
Ma tibzax mill-biża’ tal-lejl, *
anqas minn vleġġa li tittajjar bin-nhar,
minn pesta li tixtered fid-dlam, *
jew minn marda li ġġib ħerba f’nofs in-nhar.

Elf ruħ jaqgħu maġenbek, *
u għaxart elef fuq lemintek
imma lejk id-deni ma jersaqx, *
għax tarka u korazza l-fedelta’ tiegħu.
Int dan tarah biss b’għajnejk, *
tara l-ħlas li jieħdu l-ħżiena.
Għax int għandek il-Mulej kenn tiegħek, *
għamilt il-Għoli għamara tiegħek.

Ebda deni ma jiġrilek, *
ebda ħsara ma tersaq lejn darek.
Għax l-anġli tiegħu hu jibgħatlek, *
u jħarsuk fi triqatek kollha.
Fuq idejhom jerfgħuk, *
li ma taħbatx ma’ xi ġebla riġlek.
Fuq l-iljun u l-lifgħa int timxi, *
ferħ ta’ ljun u serp int tirfes.

La tħabbeb miegħi, jien neħilsu: *
la għaraf ismi, jiena nħarsu.
Hu jsejjaħli, u jiena nwieġbu; †
miegħu nkun fid-dwejjaq tiegĦu, *
neħilsu u nerfagħlu ġiehu;
u b’għomor twil nimlieh, *
nurih is-salvazzjoni tiegħi.
Glorja.

Barra Z.GĦ.:
Ant. Taħt ġwenħajh tistkenn; ma tibżax mill-biża’ tal-lejl.

Z.GĦ:
Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

LEZZJONI QASIRA Apok 22, 4-5
Jaraw wiċċ il-Mulej, u jkollhom ismu fuq ġbinhom. Lejl ma jkunx hemm iżjed, u
ma jkunux jeħtieġu dwal ta’ msiebaħ u dawl tax-xemx, għax il-Mulej Alla jkun
jiddi fuqhom, u huma jsaltnu għal dejjem.

RESPONSORJU QASIR

Barra żmien il-Għid:
R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

- f’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:
Ant. Dan hu l-jum li gĦamel il-Mulej; Ħa nifirĦu u nithennew fihĦ Hallelujah.

Fi żmien il-Għid:
R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).

KANTIKU EVANĠELIKU                                                       Lq. 2,29-32

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Israel

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *
imur fis-sliem, skond kelmtek;
għaliex għajnejja raw *
is-salvazzjoni tiegħek,
li int Ħejjejt *
għall-popli kollha:
dawl biex idawwal il-ġnus, *
u glorja tal-poplu tiegħek Israel.

Glorja.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).

Talba
Nitolbu, Mulej, illum iċċelebrajna l-misteru tal-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet;
issa nitolbuk il-grazzja li nistrieħu fis-sliem tiegħek u li tbiegħed minnha kull
deni, biex nerġgĦu nqumu u nfaħħruk ferħana. Bi Kristu Sidna. R. Amen.

Jew, fis-solennitajiet barra l-Ħdud:
Nitolbu. Żur, Mulej, lil din id-dar, u biegħed minnha kull tnassis tal-għadu;
jgħammru fiha l-anġli qaddisa tiegħek, biex iħarsuna u jżommuna fis-sliem; u
xerred dejjem il-barka tiegħek fuqna. Bi Kristu Sidna. R. Amen.

Wara t-talba tingħad il-barka:
Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. 
R. Amen.

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda 
mill-antifoni tal-Madonna.

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.
jew

Is-sliem, o Sultana
tas-sema, Sidt l-anġli;
int l-għerq u l-bieb safi
mnejn ġie dawl id-dinja.
O Verġni glorjuża,
ta’ ġmiel u sbuħija,
is-sliem għalik! Itlob
lil Kristu għalina.

jew

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;
ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajjtu,
għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
f’dan il-wied ta’ dmugħ.

Ejja, mela, avukata tagħna,
dawwar lejna
dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;
u wrina, wara dan it-turufnament,
lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O Ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

jew

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
o Verġni glorjuża u mbierka.

.