Wednesday, May 8, 2024
Aquinas Lecture: Proclaiming the Good News by a Church which “goes forth”
7 ta' Marzu - Jum il-Vokazzjoni Museumina - subs
7 Mar 2022 - Feature regarding the Foundation Day of the Society of Christian Doctrine (M.U.S.E.U.M.) and its vocation and work within the Catholic Church
- Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus
- Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju!
Quddiem San Ġorġ Preca
https://youtu.be/jcInX4Ii6rM
Festa
Il-Qari tal-Quddiesa
https://laikosblog.org/2022/09/28/qq_090523/
Min iħares il-Liġi jegħleb il-ġibdiet,
Imma l-biża’ tal-Mulej iwassal għall-għerf sħiħ.
Ma jitgħallimx min m’għandux għaqal,
Imma hemm għaqal li jkattar l-imrar.
Tagħlim l-għaref jikber bħal għargħar,
U t-twissija tiegħu bħal għajn ta’ ilma ġieri.
Qalb l-iblah bħal vażett imxaqqaq,
ebda tagħlim ma żżomm.
Jekk jisma’ kliem għaref min għandu t-tagħlim
Ifaħħru u jżid miegħu;
jisimgħu min ħajtu jgħaddiha fix-xalar,
Imma ma jogħġbux, u jitfgħu wara dahru.
Diskors l-iblah hu bħal tagħbija fi vjaġġ,
Imma fuq fomm bniedem li jifhem tinsab il-ħlewwa.
Dak li jgħid l-għaqli hu mfittex fil-laqgħat,
U f’qalbhom jibqgħu jaħsbu fuqu.
Bħal tiżjin tad-deheb hu t-tagħlim għall-għaqli,
U bħal brazzuletta fi driegħu l-lemini.
Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' Mejju, 9:30am (fi żmien il-pandemija tal-corona virus - 9 May 2020)
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' May 2018
9 TA’ MEJJU
Uploaded on 25 May 2007
UMILTÀ FIS-SILENZJU --- San Ġorġ Preca dwar l-Umiltà
IL-FIDI TBIKKIK BIL-FERĦ --- San Ġorġ Preca jirrakonta esperjenza ta' Fidi li huwa kellu.
Oratorio dwar il-qaddis Malti San Ġorġ Preca
https://www.youtube.com/playlist?list=PLww8VS8Sv-1GaHdFSyOxRLDB4G4khm3iL
.
- Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju!
Silta mill-kitba ta' Abel Giglio dwar id-dehra u l-bixra ta' Dun Ġorġ. Abel Giglio kien membru tas-Soċjetà Museum u kien jaf lil Dun Ġorġ Preca mill-qrib.
Il-Bixra ta' Dun Ġorġ
San Ġorġ Preca bl-inkwadru tal-Madonna Dœmonum Terror
Verbum Dei Caro Factum Est
fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi
Quddiem San Ġorġ Preca
https://youtu.be/jcInX4Ii6rM
Dun Ġorġ Preca (12 ta' Frar 1880 – 26 ta' Lulju 1962)
Il-Fundatur tas-Socjetà tad-Duttrina Nisranija
https://www.sdcmuseum.org/Default.aspx
https://www.sdcmuseum.org/Default.aspx?menu=0
https://www.sdcmuseum.org/Default.aspx
https://www.sdcmuseum.org/Default.aspx?menu=0
Saint George Preca (1880 - 1962)
Founder of The Society of Christian Doctrine
9 ta' Mejju - San Ġorġ (George) Preca, Saċerdot Festa
Il-Qari tal-Quddiesa
https://laikosblog.org/2022/09/28/qq_090523/
Qari I
Sir 21, 11-17, 21
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak.
Imma l-biża’ tal-Mulej iwassal għall-għerf sħiħ.
Ma jitgħallimx min m’għandux għaqal,
Imma hemm għaqal li jkattar l-imrar.
Tagħlim l-għaref jikber bħal għargħar,
U t-twissija tiegħu bħal għajn ta’ ilma ġieri.
Qalb l-iblah bħal vażett imxaqqaq,
ebda tagħlim ma żżomm.
Jekk jisma’ kliem għaref min għandu t-tagħlim
Ifaħħru u jżid miegħu;
jisimgħu min ħajtu jgħaddiha fix-xalar,
Imma ma jogħġbux, u jitfgħu wara dahru.
Diskors l-iblah hu bħal tagħbija fi vjaġġ,
Imma fuq fomm bniedem li jifhem tinsab il-ħlewwa.
Dak li jgħid l-għaqli hu mfittex fil-laqgħat,
U f’qalbhom jibqgħu jaħsbu fuqu.
Bħal tiżjin tad-deheb hu t-tagħlim għall-għaqli,
U bħal brazzuletta fi driegħu l-lemini.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu
ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali 119: 33-42
R/.
Għallimni Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek.
Għallimni,
Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek;
jiena rrid
nibqa’ fiha sa l-aħħar.
Fehemni biex
inħares il-liġi tiegħek
u nagħmilha
b’qalbi kollha. R/.
Mexxini
mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek,
għax fiha
nsib l-għaxqa tiegħi
Iġbidli
qalbi lejn il-preċetti tiegħek,
u mhux lejn
ir-regħba. R/.
Tħallix lil
għajnejja jħarsu lejn il-frugħa;
agħtini
l-ħajja bil-kelma tiegħek.
Żomm
il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek,
Ii int
għamilt ma’ dawk Ii jibżgħhu minnek. R/.
Warrab minni
l-għajb li nibża’ minnu,
għax tajbin
huma d-digrieti tiegħek.
Ara kif
jiena mxennaq għall-preċetti tiegħek;
fil-ġustizzja
tiegħek agħtina l-ħajja. R/.
Ħa tinżel
fuqi tjubitek, Mulej,
u
s-salvazzjoni tiegħek skond il-wegħda tiegħek.
Imbagħad
nagħti tweġiba lil min jgħajjarni
għax jien
nafda fil-kelma tiegħek. R/.
Qari II
2
Tim 2, 1-11
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju.
Int mela,
ibni, qawwi ruħek fil-grazzja li hi fi Kristu Ġesù, u kull ma smajt mingħandi
quddiem ħafna xhieda, għaddih Iil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom
il-ħila jgħallmuh ukoll lill-oħrajn. Bati inti wkoll miegħi bħala suldat tajjeb
ta’ Kristu Ġesù.
Ebda suldat
taħt l-armi, jekk irid jogħġob lil min daħħlu fis-servizz, ma jindaħal f’dak li
għandu x’jaqsam mal-ħajja ċivili. Hekk ukoll l-atleta ma jihux il-premju jekk
ma jkunx mexa skond ir-regoli. Il-bidwi li jitħabat għandu jkun l-ewwel wieħed
li jieħu mill-frott. Ifhem x’qiegħed ngħidlek; il-Mulej jagħtik li tifhem
kollox.
Ftakar
f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta’ David, skond l-
Evanġelju li ħabbart jien. Għalih jien qiegħed inbati sa l-irbit tal-ktajjen
bħallikieku għamilt xi delitt. Imma l-Kelma ta’ Alla m’hijiex marbuta. Għalhekk
kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll
jiksbu s-salvazzjoni, Ii hi ta’ glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu
ħajr lil Alla.
Akklamazzjoni għall-Evanġelju
Mt
16:18
R/.
Hallelujah
Min iħares
il-kmandamenti u jgħallimhom lill-oħrajn
dan kbir
jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.
R/.
Hallelujah
Evanġelju
Mk
16, 14a. 15-20
Qari mill-Evanġelju skont San Mark.
Fl-aħħar
Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru
fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u
jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma
s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu
b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt
ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”
U hekk
il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa
tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jippriedkaw kullimkien; il-Mulej kien
jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir
lilek Kristu.
Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' Mejju, 9:30am (fi żmien il-pandemija tal-corona virus - 9 May 2020)
************
Innu lil San Ġorġ Preca
9 TA’ MEJJU
SAN ĠORĠ PRECA
Saċerdot Malti: 1880 – 1962
Fundatur tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija: 1880 – 1962
Dun Ġorġ twieled fil-Belt Valletta, nhar it-12 ta' Frar 1880. Irċieva trobbija nisranija mingħand il-ġenituri tiegħu. L-istudji tiegħu għamilhom fil-Liċeo u fis-Seminarju. Kien ta' saħħa fraġli, tant li meta kien djaknu marad serjament u t-tabib tiegħu ma kellu ebda fiduċja li jfiq.
Iżda bl-interċessjoni ta' San Ġużepp, fieq u ordna saċerdot fit-22 ta' Diċembru 1906. Sa minn qabel ma sar qassis, Dun Ġorġ intebaħ li l-poplu ta' Alla kien jinħtieġ min jgħallmu. Beda jikteb regola bil-Latin bil-ħsieb li jibgħata lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf soċjeta’ ta' djakni permanenti ħalli jgħinu lill-isqfijiet fil-formazzjoni nisranija bit-tagħlim.
Dan il-ħsieb kellu jseħħ xorta oħra. Dun Ġorġ beda jifforma hu stess grupp ta' żagħżagħ biex ikunu kapaċi jgħallmu lill-oħrajn. Xeħet attenzjoni speċjali fuq daqxejn ta' żagħżugħ jaħdem it-Tarzna, is-Serv t'Alla Ewġenju 'Ġeġè Borg', u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-ħajja ta' Ġesù Kristu skond l-Evanġelju ta' San Ġwann. Ġeġè kellu jkun l-ewwel Superjur Generali tas-Soċjeta ta' Dun Ġorġ.
Is-Soċjeta’ rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur ta' l-1907, fil-Ħamrun, f'post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba ta' l-aħwa u t-tagħlim. Is-Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija hi magħrufa l-aktar bil-motto tagħha, M.U.S.E.U.M. -- Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju! Mhux kullħadd fehem mill-ewwel x'ried jgħamel Dun Ġorġ. Kien hemm min fehemu ħażin. Il-Bibbja u t-teoloġija f'idejn lajċi ħaddiema kienet ħaġa ġdida. U kienet wisq aktar ġdida li dawn il-lajċi joħorġu fit-toroq u l-pjazez ixandru l-Kelma ta' Alla lil kulħadd. Wara 25 sena l-Isqof ta' Malta approva r-Regola u s-Soċjeta’ ta Dun Ġorġ.
Id-Djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi. Inħass il-bżonn kbir ta' l-edukazzjoni reliġjuża tal-poplu għax il-ħajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u s-devozzjonijiet bla ma kien hemm għeruq sodi fit-tagħlim tal-Knisja. It-tfal bdew jiġu kuljum fid-Djar ta' Dun Ġorġ għax hemm sabu nies dedikati li jgħinuhom jikbru, mhux biss fil-ħinijiet tat-tagħlim iżda wkoll waqt il-logħob.
Sa mill-bidu nett, Dun Ġorġ obbliga lill-katekisti ċelibi tal-Għaqda tiegħu li kuljum, wara li jkunu temmew jgħallmu liż-żgħar u lill-kbar, jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' formazzjoni.
Ma qagħadx lura milli jgħallem bil-kitba. Minkejja l-kwistjoni li kien hawn f'Malta bejn it-Taljan u l-Ingliż, Dun Ġorġ għallem u kiteb bil-Malti, il-lingwa tal-poplu, biex żgur kulħadd jifhem. Il-Publikazzjonijiet tiegħu, bejn kotba u fuljetti, ilaħħqu mal-150.
It-talb tiegħu, li minnu waslilna ħafna u fuq bosta suġġetti, jikxef li Dun Ġorġ kien ruħ mistika medhija tfittex lil Alla biss. Mhux ta' b'xejn li kien konfessur imfittex ħafna għall-pariri, u jidher li Alla saħansitra nqeda bih biex ta' l-fejqan lil xi wħud.
Il-kariżma tiegħu li jgħallem għadha ħajja u l-vokazzjonijiet fis-Soċjeta’ tiegħu dejjem jiżdiedu. Fi żmienu, Dun Ġorġ innifsu baghat sitt membri biex jevanġelizzaw fl-Awstralja. Bħalissa s-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M. għandha wkoll Djar tat-tagħlim u Skejjel fis-Sudan, fil-Kenja, fil-Peru, f'Londra u fl-Albanija.
Dun Ġorġ miet f'Santa Venera, fejn qatta l-aħħar xhur ta' ħajtu, fis-26 ta' Lulju 1962. Il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-kripta tad-Dar Ġenerali tas-Soċjeta’ fil-Blata l-Bajda.
Il-Kawża ta’ Beatifikazzjoni tiegħu ġiet mibdija fl-1975. Dun Ġorġ kien iddikjarat Beatu fid-9 ta' Mejju 2001 mill-Papa Ġwanni Pawlu II waqt quddiesa ta Beatifikazzjoni fuq il-Fosos tal-Furjana, Malta. Huwa kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XVI nhar il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2007 waqt quddiesa ta' Kanonizzazzjoni ġewwa il-Vatican. Nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca.
Talba
Mulej Ġesù, nitolbuk sabiex it-tagħlim u l-eżempju li tana San Ġorġ Preca jkunu ta’ salvazzjoni għal ruħna. J’Alla l-vokazzjonijiet fis-Soċjeta’ tal-MUSEUM jibqgħu jiżdiedu.
><> ><> ><>
Uploaded on 25 May 2007
This video is a reflection on newly-canonised Maltese Saint Gorg (read George) Preca's life and works. Put together in under 48-hours through the effort of numerous seminarians, this video was presented on January 10th during the activity held at the Seminary attended by, among others, Mgr Joseph Mercieca, (then) Archbishop of Malta, the local Apostolic Nuncio, Mgr Felix del Blanco-Prieto, and the Superior General and members of the Society of Christian Doctrine, during which the Holy See's acceptance of Dun Gorg's miracle was officially announced.
Script written by Rev Dr Hector Scerri, David Torpiano and Stephen Magro
Narrators: Stephen Magro, David Torpiano, Joseph Pellicano, Robin Camilleri
Editing: Rene' A. Cilia
Recording: George Schembri
Original Video clips: C.A.M. 2001
San Gorg Preca : Mal-medda taz-zmien
Script written by Rev Dr Hector Scerri, David Torpiano and Stephen Magro
Narrators: Stephen Magro, David Torpiano, Joseph Pellicano, Robin Camilleri
Editing: Rene' A. Cilia
Recording: George Schembri
Original Video clips: C.A.M. 2001
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
San Gorg Preca : Mal-medda taz-zmien
UMILTÀ FIS-SILENZJU --- San Ġorġ Preca dwar l-Umiltà
IL-FIDI TBIKKIK BIL-FERĦ --- San Ġorġ Preca jirrakonta esperjenza ta' Fidi li huwa kellu.
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
Oratorio dwar il-qaddis Malti San Ġorġ Preca
https://www.youtube.com/playlist?list=PLww8VS8Sv-1GaHdFSyOxRLDB4G4khm3iL
.