Thursday after Pentecost - May 28 2026
- Celebrated 1st time in Malta & Gozo
IL-QARI U T-TALB TAL-QUDDIESA U L-UFFIĊĊJU DIVIN fil-Festa ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, il-Qassis il-Kbir u Etern
The Proper Gospel on Thursday after Pentecost - Mt 26:36-42 -- “My soul is sorrowful even to death - Għandi ruħi mnikkta għall-mewt.
https://www.youtube.com/watch?v=zBuga_wLNd8
- The Proper Gospel on the FEAST OF OUR LORD JESUS CHRIST, THE ETERNAL HIGH PRIEST.
- Il-Ħamis wara Għid il-Ħamsin - FESTA TA' SIDNA ĠESÙ KRISTU, IL-QASSIS IL-KBIR U ETERN.
EVANĠELJU
Għandi ruħi mnikkta għall-mewt.
Mt 26: 36-42
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
[Mt 26:36] Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: “Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob.” [Mt 26:37] U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq. [Mt 26:38] Imbagħad qalilhom: “Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi.” [Mt 26:39] Mexa kemmxejn ’il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob u jgħid: “Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.” [Mt 26:40] Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: “Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? [Mt 26:41] Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef.” [Mt 26:42] Għat-tieni darba raġa’ mar jitlob u qal: “Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek.”
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.

No comments:
Post a Comment