In the NAME of the Father and of the Son and of the Holy Spirit, Amen
Fl-ISEM tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, Ammen.
Ir-Radd tas-Salib
|
Nistgħu
nsibu ftit ħin u naħsbu fuq din is-silta dwar IS-SINJAL TAS-SALIB, tradotta
mill-ktieb THE SPIRIT OF THE LITURGY, tal-Papa Benedittu XVI.
IS-SINJAL TAS-SALIB
L-aktar
ġest bażiku fit-talb nisrani hu, u dejjem ser jibqa’, is-sinjal tas-Salib. Hu
mod kif wieħed jistqarr lil Kristu, imsallab ma’ ġismu stess, skond il-kliem
programmatiku ta’ San Pawl: “Aħna nxandru Kristu msallab, tfixkil għal-Lhud u
bluha għall-pagani, imma għal dawk li huma msejħin, Lhud u Griegi, Kristu,
qawwa u għerf t’Alla.” (1 Kor 1: 23f) Jgħid ukoll: “Għax ma ridt naf xejn
fostkom ħlief Ġesù Kristu u Ġesù Kristu msallab.” (2:2) Li wieħed jissiġilla
ruħu bis-sinjal tas-Salib hi bħal ‘iva’ viżibbli u pubblika lil dak li bata
għalina, lil dak li f’ġismu għamel tidher l-imħabba t’Alla, imħabba li ma
kellhiex fejn tasal aktar; lil dak Alla li jsaltan mhux bil-qerda imma
bl-umiltà tat-tbatija u l-imħabba, li hija aktar qawwija mis-setgħa kollha
tad-dinja u aktar għarfa mill-intelliġenza kollha kalkoli tal-bnedmin.
Is-sinjal tas-Salib hu stqarrija ta’ fidi: Nemmen f’dak li bata għalija u qam
mill-mewt; f’dak li bidel is-sinjal tal-mistħija f’sinjal ta’ tama u ta’
l-imħabba t’Alla li tinsab magħna. L-istqarrrija tal-fidi hi stqarrija ta’
tama: Nemmen f’dak li fid-dgħufija tiegħu hu s-Setgħani; f’dak li jista’ u li
se jsalvani, mqar meta jidher qisu mhux hemm u bla ebda qawwa. Meta rroddu
s-Salib, inkunu nqiegħdu lilna nfusna taħt il-ħarsien tas-Salib; inżommuh
quddiemna bħal tarka li tħarisna fit-twegħir kollu tal-ħajja ta’ kuljum u
tagħtina l-kuraġġ biex nibqgħu mexjin. Naċċettawh bħala sinjal li jurina
t-triq li rridu nsegwu: “Min irid jimxi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’
salibu u jimxi warajja.” (Mk 8:34). Is-Salib jurina t-triq tal-ħajja,
l-imitazzjoni ta’ Kristu.
Aħna
norbtu s-sinjal tas-Salib ma’ l-istqarrija tal-fidi f’Alla fi Tliet Persuni -
il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. B’dan il-mod is-Salib isir tifkira
tal-Magħmudija, ħaġa li tidher ċara b’mod partikulari meta miegħu nużaw
l-ilma mbierek. Is-Salib hu sinjal tal-Passjoni, imma fl-istess ħin hu sinjal
tal-Qawmien. Biex ngħidu hekk, hu l-ħatar li Alla jnewlilna biex isalvana,
il-pont li bih nistgħu ngħaddu minn fuq l-abbiss tal-mewt u tat-theddid kollu
tal-}ażin u naslu għand Alla. Hu preżenti fil-Magħmudija li fiha aħna nsiru
kontemporanji mas-Salib u mal-Qawmien ta’ Kristu (cf. Rum 6:1-14). Kull meta
rroddu s-Salib, aħna nerġgħu naċċettaw il-Magħmudija tagħna; mis-Salib
Kristu, biex ngħidu hekk, iressaqna lejh (cf. Ġw 12:32) u b’hekk idaħħalna
f’komunjoni m’Alla l-ħaj. Għax il-Magħmudija u s–sinjal tas-Salib, li hu bħal
ġabra u l-aċċettazzjoni mill-ġdid tal-Magħmudija, huma fuq kollox ġrajja
divina: l-Ispirtu s-Santu jmexxina lejn Kristu, u Kristu jiftaħ il-bieb għal
għand il-Missier. Alla m’għadux aktar l-‘alla mhux magħruf’; għandu isem.
Aħna nistgħu nsejħulu u Hu jsejħilna.
Għalhekk
nistgħu ngħidu li fis-sinjal tas-Salib u l-invokazzjoni tat-Trinità hemm
miġbura l-essenza kollha tal-kristjaneżmu; huwa (is-Salib) jurina biċ-ċar
x’inhu dak li hu tassew nisrani. Madankollu, jew aħjar għal din ir-raġuni,
huwa jiftħilna wkoll it-triq biex nidħlu fl-istorja aktar wiesgħa
tar-reliġjon u l-messaġġ divin tal-ħolqien. Fl-1873 fuq Ġebel iż-Żebbuġ
instabu xi oqbra bi skrizzjonijiet bil-grieg u l-lhudi li kienu jmorru lura
sa żmien Ġesù. Dawn kellhom fuqhom is-sinjal tas-Salib u għalhekk l-arkeoloġi
ma setgħux ma jassumux li l-oqbra kienu ta’ l-insara tal-bidu. Madwar is-sena
1945 bdew jinstabu f’numru dejjem akbar oqbra lhud bis-salib imnaqqax fuqhom
li l-esperti kkonkludew kienu ta’ l-ewwel seklu w.K.. Dawn is-sejbiet
ikkonfermaw illi dawn ma kinux ta’ l-insara ta’ l-ewwel ġenerazzjoni.
Bil-maqlub kellu jiġi aċċettat il-fatt illi dawn is-sinjali tas-salib kienu
ġew stabbiliti fil-kultura lhudija. . Kif nistgħu naslu biex nifhmu dan?
It-tweġiba tinsab fil-ktieb ta’ Eżekjel 9:4f. Fid-dehra rrakkuntata fih, Alla
jgħid lill-messaġġier liebes l-għażel li kien iġorr il-kaxxa tal-kitba fuq
ġenbejh: “Għaddi minn nofs il-belt, minn nofs Ġerusalemm, u għamel sinjal
(Tav ) fuq ġbin l-irġiel li jnewħu u jitniehdu minħabba l-mistkerrħiet kollha
li jsiru fiha.” Fil-qerda tal-biża’ li kellha sseħħ ma ddumx, dawk li ma
jeħdux sehem fid-dnub tad-dinja iżda jsofru għal Alla minħabba fih, dawk li
jsofru bla ma jistgħu jagħmlu xejn u b’danakollu jżommu ruħhom ‘il bogħod
mid-dnub, kellhom jiġu mmarkati bl-aħħar ittra ta’ l-alfabett lhudi, it-Tav,
li kienet tinkiteb forma ta’ salib (T jew + jew X). ). It-‘Tav’ , li fil-fatt
veru kellu forma ta’ salib, issir is-siġill tal-pussess t’Alla. Dan jiġi
jaqbel max-xenqa tal-bniedem għal Alla, mat-tbatija tiegħu għal Alla li
għalhekk tpoġġih taħt il-ħarsien speċjali tiegħu. E. Dinkier kien kapaċi juri
li l-għoti tal-pjagi fuq l-idejn jew fuq il-ġbin xi kultant kien isir bħala
parti mill-kult fit-Testment il-Qadim u din id-drawwa kienet magħrufa sew
fit-Testment il-Ġdid. Il-ktieb ta’ l-Apokalissi (kapi 1-8) jerġa’ jaqbad din
l-idea bażika fid-dehra ta’ Eżekjel. Is-sejba ta’ l-oqbra, flimkien
mal-kitbiet ta’ l-epoka, jixhdu li fost uħud mill-gruppi tar-reliġjon ġudajka
t-‘Tav’ kien simbolu sagru mxerred ħafna, sinjal ta’ l-istqarrija tal-fidi
mnaqqax fil-kosmos kollu. Platun, waqt li jkompli miexi fuq tradizzjonijiet
aktar antiki, jorbot das-simbolu max-xbieha ta’ wieħed mill-allat:
id-Demijurgu (il-ħallieq tad-dinja) ‘wessa’’ ruħ id-dinja ‘ma’ l-univers
kollu’. S. Ġustinu, li miet martri madwar is-sena 165 w.K. u li kien l-ewwel
filosfu mwieled fil-Palestina fost Missirijiet il-Knisja, ġie f’idejh dan
it-test platoniku u ma qagħadx lura milli jorbtu mad-duttrina t’Alla Trinità
u s-sehem tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni fil-persuna ta’ Ġesù Kristu.
L-idea tad-Demijurgu u ruħ id-dinja jaraha bħala teħbir tal-misteru
tal-Missier u l-Iben - teħbir li hu fl-bżonn ta’ korrezzjoni imma li jista’
wkoll jikkorreġi. Dak li Platun jgħid fuq ruħ id-dinja jidher li għalih (għal
S.Ġustinu) ifisser il-miġja tal-Logos, l-Iben t’Alla. U għalhekk hu issa
jista’ jgħid li l-forma tas-Salib hi l-aqwa simbolu tas-setgħa tal-Logos li
mingħajru xejn ma jibqa’ magħqud fil-ħolqien (cf. 1 Apol. ss). Is-Salib
tal-Golgota hu mħabbar minn qabel fl-istruttura ta’ l-univers innifsu;
l-istrument tat-tortura li fuqu miet il-Mulej hu miktub fl-istruttura ta’
l-univers. Il-kosmos ikellimna fuq is-Salib, u s-Salib isolvilna l-enigma
tal-kosmos. Dan hu l-muftieħ veru ta’ kull realtà. L-istorja u l-kosmos
jappartienu lil xulxin. Meta niftħu għajnejna aħna nistgħu naqraw il-messaġġ
ta’ Kristu fil-lingwaġġ ta’ l-univers, u bil-maqlub Kristu jagħtina li nifhmu
l-messaġġ tal-ħolqien.
Minn
Ġustinu ’l quddiem, din ‘il-profezija tas-Salib’ li nsibu fi Platun, flimkien
mar-rabta bejn il-kosmos u l-istorja li fuqha tixħet dawl, saret waħda
mill-ideat fundamentali fit-teoloġija patristika. Żgur li kienet kixfa
tal-għaġeb għall-Padri meta sabu li l-filosfu li kien ġabar u interpreta
l-eqdem tradizzjonijiet kien tkellem dwar is-Salib bħala s-siġill stampat fuq
l-univers. San Irinew ta’ Lyons (miet c 200), il-veru fundatur tat-teoloġija sistematika
fil-forma kattolika tagħha, jsostni fil-kitba apoloġetika tiegħu
‘Dimostrazzjoni tal-Predikazzjoni Appostolika’ li l-Imsallab huwa “l-Kelma
nnifisha t’Alla li jista’ kollox, li jippenetra l-univers tagħna bi preżenza
li ma tidhirx. U għalhekk huwa jħaddan id-dinja kollha, bil-wisa’ u t-tul,
il-għoli u l-fond tagħha, għax bil-Kelma t’Alla kollox jitmexxa fl-ordni. U
l-Iben t’Alla huwa msallab fihom għax, fil-għamla tas-Salib, huwa stampat fuq
il-ħwejjeġ kollha” (x, 3). It-test ta’ dan il-Missier kbir tal-Knisja jostor
fih kwotazzjoni biblika li għandha importanza kbira fit-teoloġija biblika
tas-Salib. L-ittra lill-Efesin tħeġġiġna nxenxlu għeruqna u nfasslu
l-pedament ta’ ħajjitna fl-imħabba, biex “tistgħu tifhmu, flimkien
mal-qaddisin kollha, il-wisa’ u t-tul, il-għoli u l-fond ta’ l-imħabba ta’
Kristu u tagħrfu kemm din l-imħabba tgħaddi lil kull għerf.” (3:18-19) Ftit
jista’ jkun hemm dubju li din l-ittra, ħierġa mill-iskola ta’ San Pawl,
qiegħda tirreferi għas-Salib kosmiku u b’hekk tingħaqad ma’ tradizzjonijiet
oħra dwar is-siġra dinjija f’għamla ta’ salib li torbot kollox flimkien -
idea reliġjuża li kienet ukoll magħrufa sewwa fl-Indja. Santu Wistin għandu
interpretazzjoni sabiħa ta’ din is-silta importanti ta’ San Pawl. Huwa jaraha
tirrappreżenta d-dimensjonijiet tal-ħajja tal-bniedem u tirreferi għall-forma
ta’ Kristu msallab, li dirgħajh iħaddnu d-dinja u li l-mogħdija tiegħu tilħaq
‘l isfel f’qiegħ l-abissi ta’ l-art u ’l fuq fil-għoli sa ħdejn Alla nnifsu
(cf. De doctrina christiana 2, 41, 62; Corpus Christianorum 32, 75f). Hugo
Rahner ġabar l-isbaħ testi patristiċi li għandhom x’jaqsmu mal-misteru
kosmiku tas-Salib. Nixtieq inżid biss tnejn oħra. F’Lattanzju (miet c 325)
naqraw: “Fil-Passjoni Alla fetaħ dirgħajh u hekk ħaddan il-globu bħala sinjal
li ‘l quddiem kellu jinġabar poplu taħt ġwenħajh, minn tlugħ ix-xemx sa
nżulha.” (8, 1) Kittieb grieg mhux magħruf tas-seklu 4, hu u jikkuntrasta
s-Salib mal-kult tax-xemx, jgħid li Helios (ix-xemx) issa ngħelbet mis-Salib.
“Araw, il-bniedem li x-xemx maħluqa fis-smewwiet ma setgħetx tgħallmu, issa
qed jintlaħaq mir-raġġi tax-xemx tas-Salib u (fil-Magħmudija) jiddawwal.”
Imbagħad l-awtur anonimu jinqeda bi kliem San Injazju ta’ Antijokja (miet c
110) li ddeskriva s-Salib bħala t-taljola (mëchanë) kosmika li biha nitilgħu
fis-sema, u jgħid: “O, x’għerf divin tassew huwa dan! O Salib, int it-taljola
li ttellagħna lejn is-sema! Is-Salib twaqqaf fl-art u, ara, il-qima ta’
l-idoli nqerdet. Mhux injam komuni dan, imma l-injam li Alla nqeda bih
għar-rebħa.” (87f)
Fid-diskors
eskatoloġiku tiegħu, Ġesù kien ħabbar li fi tmiem iż-żmien għad jidher
fis-sema “s-sinjal ta’ Bin il-bniedem” (Mt 24:30). Il-għajn tal-fidi issa
setgħet tagħraf li dan is-sinjal kien tnaqqax fil-kosmos sa mill-bidu u hekk
tara l-fidi fil-Feddej Imsallab imwettqa mill-kosmos. Fl-istess ħin l-Insara
b’hekk għarfu li l-mogħdijiet ta’ l-istorja reliġjuża jieħdu lejn Kristu, li
l-aspettattivi tagħhom, espressi f’ħafna xbihat differenti, kienu jwasslu
għandu. Min-naħa l-oħra dan kien ifisser li l-filosofija u r-reliġjon taw
lill-fidi x-xbihat u l-kunċetti li bihom biss setgħet tasal biex tifhem b’mod
sħiħ lilha nnifisha.
“Inti
tkun barka,” kien qal Alla lill-Abraham fil-bidu ta’ l-istorja
tas-salvazzjoni (Ġen 12:2). Fi Kristu, il-}amrija ta’ Abraham, dawn
il-kelmiet seħħu fil-milja tagħhom. Huwa barka, barka għall-ħolqien kollu kif
ukoll għall-bnedmin kollha. Għalhekk is-Salib, li hu s-sinjal tiegħu fis-sema
u fl-art, kien destinat biex ikun il-ġest karatteristiku ta’ barka
għall-insara. Nagħmlu s-sinjal tas-Salib fuqna nfusna, u hekk nidħlu
fil-qawwa tal-barka ta’ Ġesù. Nagħmlu s-sinjal tas-Salib fuq dawk li lilhom
nixtiequ li nagħtu l-barka tagħna, u nagħmluh ukoll fuq oġġetti li jagħmlu
parti minn ħajjitna u li aħna rridu bħallikieku nirċevuhom mill-ġdid minn
idejn Ġesù Kristu. Permezz tas-Salib aħna nistgħu nkunu għajn ta’ barka għal
xulxin. Ma ninsa qatt id-devozzjoni u l-kura mill-qalb li bihom ommi u
missieri kienu jaghmlu s-sinjal tas-Salib fuq il-moħħ, il-fomm u s-sider
tagħna t-tfal kull meta konna noħorġu mid-dar, speċjalment meta konna nkunu
ser indumu. Il-barka tagħhom kienet bħal ħabib li aħna konna nafu li ser
jiggwidana fit-triq tagħna. Kienet tagħmel viżibbli t-talba tal-ġenituri
tagħna li kienet takkumpanjana, u tiżgurana li din it-talba kienet megħjuna
bil-barka tas-Salvatur. Il-barka kienet ukoll sfida għalina li ma noħorġux
’il barra mill-isfera tal-barka. Il-barka hi sinjal saċerdotali u għalhekk
fis-sinjal tas-Salib konna nħossu s-saċerdozju tal-ġenituri tagħna,
id-dinjità speċjali u l-qawwa tiegħu. Nemmen li din il-barka, li hi
espressjoni perfetta tas-saċerdozju komuni ta’ l-imgħammdin, għandha terġa’
tidħol fostna b’mod iktar qawwi fil-ħajja ta’ kuljum u tippenetraha bil-qawwa
ta’ l-imħabba li ġejja minn Alla.
Joe Galea
|
Altaration -- Fr. Mike Schmitz -- “3 Things to Know About The Sign of the Cross”
Abba Pater - Juan Pablo II
Attende, Domine, et miserere, quia peccavimus tibi.
(from the Morning Prayer (Lauds), for Monday of the 4th week of Easter)
PRAYER
Lord God, when our world lay in ruins, you raised it up again on the foundation of your Son’s Passion and Death. Give us grace to rejoice in the freedom from sin which he gained for us, and bring us to everlasting joy. Through our Lord Jesus Christ, your Son, who lives and reigns with you and the Holy Spirit, one God, for ever and ever. Amen.
TALBA
O Alla, inti rġajt waqqaft id-dinja mġarrfa billi Ibnek ċekken lilu nnifsu: imla lill-fidili tiegħek b’ferħ qaddis u agħti hena bla tmiem lil dawk li int ħlist mill-jasar tad-dnub. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
meditating on - WHAT HELD YOU ON THE CROSS JESUS ?
I know You--I've seen You all my life
So what was it, that led You to that tree?
What made You lay Your body down to save someone like me?
me, as if I were the only one
to love !
God, my God what an artist You are
The sky, the earth, the sea
How could You notice me
Father, I am too small
To be seen on Your canvas at all
An incidental speck
A grain of dust and yet
You love me
You love me
As if I were the only one to love
You have lavished on me
All Your kindness so unsparingly
My honour, wealth, and skill
Are worthlessness yet still
You love me
You love me
As if I were the only one to love.
How can You see me, how can You hear me
How can You feel, how can You reach
How can You touch, how can You love me ?
You love me
As if I were the only one to love.
https://www.ewtn.com/library/LITURGY/SACRSIGN.TXT
THE SIGN OF THE CROSS
WHEN we cross ourselves, let it be with a real sign of the cross. Instead of a small cramped gesture that gives no notion of its meaning, let us make a large unhurried sign, from forehead to breast, from shoulder to shoulder, consciously feeling how it includes the whole of us, our thoughts, our attitudes, our body and soul, every part of us at once. how it consecrates and sanctifies us.
It does so because it is the Sign of the universe and the sign of our redemption. On the cross Christ redeemed mankind. By the cross he sanctifies man to the last shred and fibre of his being. We make the sign of the cross before we pray to collect and compose ourselves and to fix our minds and hearts and wills upon God. We make it when we finish praying in order that we may hold fast the gift we have received from God. In temptations we sign ourselves to be strengthened; in dangers, to be protected. The cross is signed upon us in blessings in order that the fulness of God's life may flow into the soul and fructify and sanctify us wholly.
Think of these things when you make the sign of the cross. It is the holiest of all signs. Make a large cross, taking time, thinking what you do. Let it take in your whole being,--body, soul, mind, will, thoughts, feelings, your doing and not-doing,--and by signing it with the cross strengthen and consecrate the whole in the strength of Christ, in the name of the triune God.
Jekk għadek ma tafx, hemm ħafna nies fid-dinja llum li qed jinqatlu minħabba li huma n-nies tas-Salib. Meta trodd is-salib ftakar fihom, u rodd is-salib fuqek kif jixraq.
-------
Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu,
---
Pope at Santa Marta: The Trinity is real and not a 'vague idea in the clouds' - Published on 9 Oct 2014
https://www.youtube.com/watch?v=VVo0Ml0Wq3I
The Sign of the Cross reminds us of the Trinity that dwells in us, of God's Name and of our commitment to the faith from the moment of baptism with the priest's words, "I baptize you in the name of the Father, the Son and the Holy Spirit" [Mt 28:19]. Entered into the divine life through the sacraments, we are called daily to be open to the action of Grace, to progress in love towards God and neighbour.
Let us treasure the essential role of the priest in bringing the “Spirit of Truth” to us: He welcomes the human soul to the world, strengthens it and prepares it for its return to God. Despite the inadequacy of human thought and language to explain the One and Triune God, the Church Fathers sought to illustrate His mysteries through their lives and deep faith: Trinity Sunday, "recapitulates" God's revelation concerning the Father, Son and Holy Spirit in the Paschal mysteries
Theologian Romano Guardini taught that the sign of the cross puts us "spiritually in order" both before prayer and afterwards "so that what God has donated to us remains in us.
Prayer of St. Hilary of Poitiers for loyalty to the faith which is professed on the day of our baptism - "Obtain, O Lord that I may keep ever faithful to what I have professed in the symbol of my regeneration, when I was baptized in the Father, in the Son and in the Holy Spirit. That I may worship you, our Father, and with you, your Son; that I may deserve your Holy Spirit, who proceeds from you through your Only Begotten Son... Amen" (De Trinitate 12, 57).
Let us invoke the protection of the Virgin Mary, "the first creature fully inhabited by the Most Holy Trinity," for our continued pilgrimage on earth.
You were made to be a part of a family because you were created in the image and likeness of the Holy Trinity. Furthermore, you are called by your creation to make your families places that reflect the profound relationships of life and love that exists between the three persons of the Trinity - Father, Son and Holy Spirit. When you do this, your family becomes a domestic church, a place where God is worshipped and adored, and where His will is sought and acted upon.
The prayer of the Sign of the Cross is memorized quickly; but to learn how to make the sign of the Cross correctly, it is better for the children to look at the Sign of the Cross image explained below, so that they do not get mixed up especially when they look at others to learn it !
Now make the sign of the Cross while reciting the prayer - IN THE NAME OF THE FATHER, AND OF THE SON AND OF THE HOLY SPIRIT, AMEN.
To print:
in Maltese








