blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Patri Elija Vella OFM Conv. --- KLIEM TA' TAMA

Saturday, April 30, 2016

Patri Elija Vella OFM Conv. --- KLIEM TA' TAMA


http://www.sejhafrangiskana.com/jiktbulna-il-patrijiet/kliem-ta-tama-p-elija-vella-ofm-conv/

Kliem ta' tama 

Jaqaw l-għarix qed jinħaraq? 
 








 
It-tempesta kienet qalila tant li qalbet id-dgħajsa li fuqha kien hemm diversi ħbieb.
Ħadd minnhom ma salva ħlief wieħed li l-mewġ waddbu fuq gżira diżabitata.
Ma kienx faċli jadatta ruħu imma fl-aħħar iddeċieda li jgħix. Sab ftit zkuk u bena daqsxejn ta’ għarix fejn seta’ jistkenn meta t-temp kien ikun kiefer miegħu. Kuljum kien jitlob lil Alla jeħilsu minn dik il-gżira u xi darba jerġa’ jgħaqqdu mal-familja. Imma Alla donnu kien ittarrax: l-ebda tweġiba; l-ebda sinjal ta’ ħelsien. Kuljum kien imur ħdejn il-baħar jipprova jaqbad xi ħuta, jew fil-foresta, isib xi frotta selvaġġa.
Mela darba wara li jirritorna mill-baħar, isib l-għarix tiegħu jaqbad, fjamma waħda. Tatu rasu u kien ser jiddispra. Fuq kollox rabja kbira lejn Alla ħakmitu.          
"Għaliex Mulej għamiltli hekk? Kollox hu mitluf ”.
L-għada kmieni, imma, qam maħsud bil-ħoss ta’ vapur li kien riesaq lejn ix-xatt....Kienu ġew biex jeħilsuh.
“Kif kontu tafu li jien hawn, fuq din il-gżira mwarrba u diżabitata?!” staqsihom.
“Rajna d-duħħan mill-bogħod u ndunajna li dak kien sinjal”.
Kos, hija ħaġa faċli, biex ma ngħidx ukoll normali, li niskuraġġu ruħna quddiem il-mard, il-mewt tal-għeżież tagħna, il-problemi familjari u finanzjarji, id-diffikultajiet tal-ulied u tax-xogħol…
Dak il-ħin inħossu l-għarix ta’ ħajjitna fi fjamma waħda. Nitilfu s-sabar, il-kuraġġ, it-tama....Kollox hu mitluf u ninsew li Alla jaf dejjem joħroġ it-tajjeb imqar mill-ħażin.
Jaf itella’ l-fjuri mqar minn qalb id-demel. U d-disgrazzja ssir grazzja. U l-problema issir viżjoni għall-futur.
Fix-xahar ta’ Novembru dieqa tiġri ma’ ġisimna kollu. Niftakru fil-mejtin tagħna. Ħafna feriti jerġgħu jinfetħu. Id-dinja donnha nħossuha taqa’ fuq spallejna. Mhux dejjem jirnexxielna naraw il-ġid li l-Mulej jaf joħroġ mit-tbatija u mid-dmugħ. Imma ibqa’ ċert li lill-Mulej xejn ma jaħrablu.
Għandu mnejn int ukoll tħossok waħdek fuq gżira, mimli rajba u biża’, mimli ansjeta’ u dwejjaq, mimli qtigħ il-qalb u skuraġġiment. Dan jiġi fuq kulħadd.
Forsi dak li jonqsok hu li tħares ‘il fuq u tistenna… tittama… temmen li Alla ma jħallix mqar xagħara waħda minn rasek taqa’ mingħajr ma Hu jkun jaf biha. U dak inhar li titlef kollox, għandu mnejn hu dak inhar li ssalva u tiġi mifdi.

P. Elija Vella OFM Conv
 
 
 
 
 
 
 
 
.

No comments: