blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: THE GOSPEL OF JOHN CHAPTER 6 - THE TEACHING ABOUT THE HOLY EUCHARIST...where JESUS teaches that HE IS THE BREAD OF LIFE AND THAT HIS FLESH IS TRUE FOOD.

Friday, April 17, 2015

THE GOSPEL OF JOHN CHAPTER 6 - THE TEACHING ABOUT THE HOLY EUCHARIST...where JESUS teaches that HE IS THE BREAD OF LIFE AND THAT HIS FLESH IS TRUE FOOD.




At Holy Mass - From Friday of the second week of Eastertide and the week after...THE GOSPEL READINGS are from John, chapter 6 - THE TEACHING ABOUT THE HOLY EUCHARIST - where JESUS teaches that HE IS THE BREAD OF LIFE AND THAT HIS FLESH IS TRUE FOOD.

Flashlight & Medicine







FRIDAY GOSPEL OF THE SECOND WEEK OF EASTERTIDE.
Jn 6:1-15 -- Jesus Feeds the Five Thousand - Ġesù jitma' ħamest elef

6. Ġesù jitma' ħamest elef
(Mt 14, 13-21 ; Mk 6, 30-44 ; Lq 9, 10-17)
[Ġw:6:1] .... ..., Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija. [Ġw:6:2] Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. [Ġw:6:3] Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. [Ġw:6:4] Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. [Ġw:6:5] Ġesù rafa' għajnejh, lemaħ kotra ta' nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: "Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?" [Ġw:6:6] Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x'sejjer jagħmel. [Ġw:6:7] Filippu wieġbu: "Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit." [Ġw:6:8] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu:[Ġw:6:9] "Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x'inhuma għal daqshekk nies?" [Ġw:6:10] "Qiegħdu n-nies bilqiegħda," qal Ġesù. Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk in-nies, xi ħamest elef raġel, qagħdu bilqiegħda. [Ġw:6:11] Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried. [Ġw:6:12] Meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela." [Ġw:6:13] Marru jiġbruhom, u mlew tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara li kienu kielu. [Ġw:6:14] Għalhekk dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesù, qalu: "Dan hu tassew il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja!" [Ġw:6:15] Imma Ġesù, meta ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa' warrab waħdu lejn l-għoljiet.





.