blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Lk 4:38-44 -- Jesus Heals Many - Ġesù jfejjaq ħafna nies --- & --- Was St. Peter Married?

Tuesday, September 02, 2014

Lk 4:38-44 -- Jesus Heals Many - Ġesù jfejjaq ħafna nies --- & --- Was St. Peter Married?




Wednesday Gospel of week 22 in Ordinary Time



Ġesù jfejjaq ħafna nies
(Mt 8, 14-17 ; Mk 1, 29-34)

[Lq:4:38] Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta' Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. [Lq:4:39] Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom. [Lq:4:40] Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x'kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom. [Lq:4:41] Minn ħafna nies bdew joħorġu wkoll ix-xjaten, jgħajjtu u jgħidu: "Inti Bin Alla!" Iżda hu kien jheddidhom u ma ħallihomx jitkellmu, għax huma kienu jafu li hu l-Messija.
Ġesù jdur il-Lhudija u jippriedka
(Mk 1, 35-39)

[Lq:4:42] Meta sebaħ, ħareġ u mar f'post imwarrab.
 In-nies bdew ifittxuh u marru ħdejh u riedu jżommuh biex ma jitlaqx minn ħdejhom. [Lq:4:43] Iżda hu qalilhom: "Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta' Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut." [Lq:4:44] U kien jippriedka fis-sinagogi tal-Lhudija.







.