blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ...

Monday, March 10, 2014

Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ...




[Mt:6:7] Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. [Mt:6:8] Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x'teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. [Mt:6:9] Mela itolbu hekk:
                            'Missierna, li inti  fis-smewwiet,
                            jitqaddes ismek,
                            [Mt:6:10] tiġi saltnatek,
                            ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
                            [Mt:6:11] Ħobżna ta' kuljum agħtina llum.
                            [Mt:6:12] Aħfrilna dnubietna,
                            bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
                            [Mt:6:13] U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
                            iżda eħlisna mid-deni.'
[Mt:6:14] Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. [Mt:6:15] Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.





.