blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Mk 7:24-30 -- Jesus Honours a Syrophoenician Woman's Faith - Il-fidi tal-mara Sirofeniċja --- Drowned by the Feminine

Sunday, February 16, 2014

Mk 7:24-30 -- Jesus Honours a Syrophoenician Woman's Faith - Il-fidi tal-mara Sirofeniċja --- Drowned by the Feminine

Mk 7:24-30 -- Jesus Honours a Syrophoenician Woman's Faith - Il-fidi tal-mara Sirofeniċja

Il-fidi tal-mara Sirofeniċja
(Mt 15, 21-28)

[Mk:7:24] Minn hemmhekk telaq u mar fl-inħawi tal-belt ta' Tir. Daħal joqgħod f'dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, [Mk:7:25] għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f'riġlejh. [Mk:7:26] Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha. [Mk:7:27] U hu qalilha: "L-ewwel ħa jixbgħu l-ulied, għax m'hux sewwa tieħu l-ħobż ta' l-ulied u tixħtu lill-ġriewi." [Mk:7:28] Iżda hi weġbitu u qaltlu: "Hekk hu, Mulej; imma taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal." [Mk:7:29] Mbagħad qalilha: "Għal din il-kelma li għedt, mur, ix-xitan ħareġ minn bintek." [Mk:7:30] U xħin marret id-dar, sabet it-tifla mimduda, u x-xitan kien ħareġ minnha.