blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Divine Mercy Sunday - Jn 20:21-30 -- Jesus Appears to His Disciples - Ġesù jidher lid-dixxipli...

Thursday, April 04, 2013

Divine Mercy Sunday - Jn 20:21-30 -- Jesus Appears to His Disciples - Ġesù jidher lid-dixxipli...

Divine Mercy Sunday - Jn 20:21-30 -- Jesus Appears to His Disciples - Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu - il-Ħadd tal-Ħniena Divina
 

http://www.youtube.com/watch_popup?v=XT9insP4CTY
Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu    (Mt 28, 16-20 ; Mk 16, 14-18 ; Lq 24, 36-49)

[Ġw:20:19] Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:20] Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. [Ġw:20:21] Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom." [Ġw:20:22] Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu  s-Santu. [Ġw:20:23] Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma."

Ġesù u Tumas
[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. [Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: "Rajna l-Mulej." Iżda hu qalilhom: "Jekk ma narax f'idejh il-marka ta' l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta' l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx." [Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: "Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen." [Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: "Mulej tiegħi u Alla tiegħi!" [Ġw:20:29] Qallu Ġesù: "Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu."

Għalfejn inkiteb dan il-ktieb
[Ġw:20:30] Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li m'humiex imniżżla f'dan il-ktieb. [Ġw:20:31] Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta' Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu.