blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Mark 10:2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id-divorzju / Ġesù...

Friday, October 05, 2012

Mark 10:2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id-divorzju / Ġesù...








[Mk:10:2] Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. [Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?" [Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta  l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. "[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni. [Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. [Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, [Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. [Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem. "[Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, [Mk:10:11] u hu qalilhom: "Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju kontra l-ewwel waħda; [Mk:10:12] u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta' adulterju."

Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar
(Mt 19, 13-15; Lq 18, 15-17)

[Mk:10:13] Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. [Mk:10:14] Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: "Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla. [Mk:10:15] Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha." [Mk:10:16] Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.

--------------------------------------------------------------------

ŻWIEĠ NISRANI HUWA PATT ( tagħti kompletament lilek nnifsek ) - traduzzjoni propja hija - JINKOLLAW RUĦHOM, U JEKK JIPPRUVAW JINFIRDU ĦA JIĊĊARTU U L-FERITI MA JFIEQU QATT
IS-SAĊERDOT, MINN FUQ L-AMBONE HUWA MĦALLEF IMMA S-SAĊERDOT FIL-QRAR  HUWA MISSIER:- FI ŻMINIJIET DIFFIĊILI FIŻ-ŻWIEĠ GĦANDNA NIRRIKORRU IŻJED GĦALL-GĦAJNUNA MIS-SAGRAMENT TAL-QRAR !


><>   ><>   ><>


Divorce- The Ugly Step Mother of Abortion - Fr Paul Nicholson
video
https://www.youtube.com/watch?v=j4HkYP-0ZAE  -  Published on 3 Oct 2015





.

No comments: