blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Lk 13:1-9 -- Repent or Perish - Jekk ma tindmux, tintilfu

Saturday, October 27, 2012

Lk 13:1-9 -- Repent or Perish - Jekk ma tindmux, tintilfu


Lk 13:1-9 -- Repent or Perish - Jekk ma tindmux, tintilfu

[Lq:13:1] Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b'dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. [Lq:13:2] U Ġesù qabad u qalilhom: "Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? [Lq:13:3] Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. [Lq:13:4] Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa' t-torri ta' Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta' Ġerusalemm ? [Lq:13:5] Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda."
Is-siġra tat-tin bla frott
[Lq:13:6] U qalilhom din il-parabbola: "Wieħed kellu siġra tat-tin imħawwla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx. [Lq:13:7] Għalhekk qal lil dak li kien jaħdimlu l-għalqa, 'Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f'din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha. Mela aqlagħha, għax għalfejn se tibqa' tkidd l-art? [Lq:13:8] Iżda dak wieġbu, 'Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha d-demel. [Lq:13:9] Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha.' "

No comments: