blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Lk 4:31-37 -- Jesus Drives Out an Impure Spirit - Ir-raġel bi spirtu ħażin

Tuesday, September 04, 2012

Lk 4:31-37 -- Jesus Drives Out an Impure Spirit - Ir-raġel bi spirtu ħażin


Ir-raġel bi spirtu ħażin
(Mt 1, 21-28)
[Lq:4:31] Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f'jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, [Lq:4:32] li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta' wieħed li għandu s-setgħa.
[Lq:4:33] U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta' xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b'leħen għoli: [Lq:4:34] "Ah! x'għandna x'naqsmu, Ġesù ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta' Alla!" [Lq:4:35] Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: "Iskot, u oħroġ minnu!" Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara. [Lq:4:36] U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: "Dan xi kliem hu? Għax hu jordna b'setgħa u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu!" [Lq:4:37] U l-fama tiegħu xterdet ma' kullimkien f'dawk l-inħawi kollha.

No comments: