blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Mt 19:3-12 -- divorce - Id-divorzju --- Homily: The Assault on Matrimony

Saturday, August 18, 2012

Mt 19:3-12 -- divorce - Id-divorzju --- Homily: The Assault on Matrimony

Mt 19:3-12 -- divorce - Id-divorzju

[Mt:19:3] U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: "Jista' wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?" [Mt:19:4] Iżda hu qalilhom: "Ma qrajtux li sa mill-bidu  l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, [Mt:19:5] u qal, 'Minħabba f'hekk raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?' [Mt:19:6] Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem." [Mt:19:7] Qalulu: "Mela allura għaliex ordna Mosè li żewġha jagħtiha l-kitba tad-divorzju u jibgħatha?" [Mt:19:8] Qalilhom: "Kien minħabba l-ebusija ta' qalbkom li Mosè takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu.  [Mt:19:9] U ngħidilkom, li min jibgħat lil martu - barra l-każ ta' żwieġ ħażin - u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju." [Mt:19:10] Qalulu d-dixxipli: "Mela ladarba din hi l-kondizzjoni tar-raġel mal-mara, ma jaqbilx li wieħed jiżżewweġ." [Mt:19:11] Iżda hu qalilhom: "Mhux kulħadd jifhimha din il-ħaġa, imma dawk li lilhom jingħata li jifhmuha. [Mt:19:12] Hemm ewnuki li jitwieldu hekk minn ġuf ommhom, oħrajn jagħmluhom hekk in-nies, u hemm oħrajn li jsiru hekk minn rajhom minħabba s-Saltna tas-Smewwiet. Min jista' jifhem, jifhem!"




Homily - Fr. Bonaventure explains Our Lord's gospel on the dignity of marriage, and exhorts us to defend the sanctity of this sacrament from our nation's assault on matrimony, even with the price of our own blood. � Ave Maria!
Mass: Friday in the 19th Week in Ordinary Time - Wkdy - Form:�OF
Readings:�Friday in the 19th Week in Ordinary Time (Short Reading)
1st: eze 16:59-63
Resp: isa 12:2-3, 4, 5-6
Gsp: mat 19:3-12





.