blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Mt 10-34 -- 11-1 Mhux il-paċi, imma s-sejf

Saturday, July 14, 2012

Mt 10-34 -- 11-1 Mhux il-paċi, imma s-sejf


Mhux il-paċi, imma s-sejf
[Mt:10:34] "Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf.[Mt:10:35] Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru,[Mt:10:36] u l-bniedem ikollu n-nies ta' daru stess għedewwa tiegħu.[Mt:10:37] Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi.[Mt:10:38] U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi.[Mt:10:39] Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.
Il-ħlas tal-bniedem ġust
[Mt:10:40] "Min jilqa' lilkom jilqa' lili, u min jilqa' lili jkun jilqa' lil dak li bagħatni.[Mt:10:41] Min jilqa' profeta għax hu profeta, ħlas ta' profeta jieħu; u min jilqa' bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta' wieħed ġust jieħu.[Mt:10:42] U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu."
11. Il-messaġġiera ta' Ġwanni l-Battista
[Mt:11:1] Meta mbagħad Ġesù temm jagħti dawn it-twissijiet lit-tnax-il dixxiplu tiegħu, telaq minn hemm biex jippriedka fl-ibliet tagħhom.