blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: ROSARY - IR-RUŻARJU GĦAT-TIĠDID TA' PENTEKOSTE FIL-KNISJA - Pentecost Vigil 26/05/12 at Ghajn Dwieli Parish Church Paola Pt1 --- & --- all six video parts

Sunday, May 27, 2012

ROSARY - IR-RUŻARJU GĦAT-TIĠDID TA' PENTEKOSTE FIL-KNISJA - Pentecost Vigil 26/05/12 at Ghajn Dwieli Parish Church Paola Pt1 --- & --- all six video parts



The Franciscan Apostles of Jesus and Mary, Couples for Christ and the Charismatic Renewal Movement joined forces to celebrate Pentecost in the light of John Paul II's call to disseminate the culture of Pentecost. The celebration was held on Saturday 26th May 2012, at the Franciscan Church, Ghajn Dwieli, Paola between 8.30 p.m. and 11.30 p.m. The prayer vigil included the recitation of the Rosary and a Eucharistic celebration.

The 6 video parts in Playlist:
https://www.youtube.com/playlist?list=PL5332130CE10AC1DE

oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo


IR-RUŻARJU GĦAT-TIĠDID TA' PENTEKOSTE FIL-KNISJA

L-Ewwel Misteru
Ġesu jwiegħed l-Ispirtu s-Santu

"Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f'Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art." (Atti 1:8)


It-Tieni Misteru
Nitolbu għad-don tal-Ispirtu s-Santu


"Qalilhom ukoll: "Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f'nofs ta' lejl u jgħidlu, 'Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x'nagħtih.'U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, 'Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin is-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.' Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu. U jiena ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom.Għax min jitlob, jaqla'; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu. Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!" (Lq 11: 5-13).


It-Tielet Misteru
Nirċiecu lIspirtu s-Santu f’qalb waħda ma’ Marija


"U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma' xi nisa u ma' Marija, omm Ġesù, u ma' ħutu... Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f'post wieħed. F'daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta' riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Mtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b'ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu." (Atti 1: 14; 2: 1-4).


Ir-Raba' Misteru
Nixxenqu għall-Frott tal-Ispirtu s-Santu
 

"Jien ngħidilkom, imxu fl-Ispirtu u taqgħux għall-passjonijiet tal-ġisem. Il-passjonijiet tal-ġisem huma kontra l-Ispirtu, u l-Ispirtu hu kontra l-ġisem; dawn it-tnejn huma kontra xulxin, biex ma jħallukomx tagħmlu dak li tixtiequ. Jekk lilkom imexxikom l-Ispirtu, m'intomx taħt il-liġi. L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żína, faħx, nuqqas ta' rażan, idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn. Nwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-saltna ta' Alla. Il-frott ta' l-Ispirtu huma: l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar,

il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan. Kontra dawn ma hemmx liġi. Dawk li huma ta' Kristu Ġesù sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu. Jekk ngħixu bl-Ispirtu, ħalli nimxu bl-Ispirtu; ma nkunux minn dawk li jfittxu l-ftaħir fieragħ; ma nġarrbux lil xulxin; ma ngħirux għal xulxin." (Gal 5:16-26).



Il-Ħames Misteru
Nixxenqu għad-Doni tal-Ispirtu s-Santu

 "Ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti, dwar id-doni ta' l-Ispirtu. Tafu li, meta kontu pagani, intom kontu mkaxkrin lejn l-idoli li ma jitkellmux, bla ma biss kontu tafu. Għalhekk ngħidilkom li ħadd, hu u jitkellem bl-Ispirtu ta' Alla, ma jista' jgħid: "Misħut Ġesù u ħadd ma jista' jgħid: "Ġesù hu l-Mulej" jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu.  

Hemm imbagħad diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f'kulħadd. Lil kull wieħed tingħata r-rivelazzjoni ta' l-Ispirtu għall-ġid ta' kulħadd: lil wieħed kliem l-għerf, mill-istess Spirtu; lil ieħor il-kelma tas-sapjenza mill-istess Spirtu; lil ieħor il-fidi mill-istess Spirtu; lil ieħor id-don tal-fejqan mill-istess Spirtu; lil ieħor is-setgħa tal-mirakli; lil ieħor id-don tal-profezija; lil ieħor id-don ta' l-għażla ta' l-ispirti; lil ieħor diversi ilsna; lil ieħor it-tifsir ta' l-ilsna. Dan kollu jaħdmu l-istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu... Fittxu l-imħabba; ixxennqu wkoll għad-doni ta' l-Ispirtu"

(1 Kor 12:1-11; 1 Kor 14:1).



oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo-o-oooooooooo