blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Gwanni 10:22-39 - Feast of the Dedication - John 10:22-39

Tuesday, May 01, 2012

Gwanni 10:22-39 - Feast of the Dedication - John 10:22-39


Once more they tried to seize Jesus, but He slipped out of their hands........

Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù
Ġw:10:22] Mbagħad f'Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju.[Ġw:10:23] Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta' Salamun.[Ġw:10:24] Il- Lhud daru miegħu u qalulu: "Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond."[Ġw:10:25] Weġibhom Ġesù: "Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f'isem Missieri jixhdu għalija.[Ġw:10:26] Iżda intom ma temmnux għax m'intomx min-nagħaġ tiegħi.[Ġw:10:27] In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.[Ġw:10:28] U jiena nagħtihom il-ħajja ta' dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.[Ġw:10:29] Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista' jaħtafhom minn id il-Missier.[Ġw:10:30] Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda."[Ġw:10:31] Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh.[Ġw:10:32] Imma Ġesù qalilhom: "Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?"[Ġw:10:33] Weġbuh il-Lhud: "Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m'intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla."[Ġw:10:34] Qalilhom Ġesù: "Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, 'Jiena għedt: Intom allat'?[Ġw:10:35] Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta' Alla - u l-Iskrittura ma tistax titħassar -[Ġw:10:36] mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli,'Qiegħed tidgħi,' għax għedtilkom li jien Bin Alla?[Ġw:10:37] Jekk jien m'iniex nagħmel l-għemejjel ta' Missieri, temmnunix;[Ġw:10:38] imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier."[Ġw:10:39] Għal darb'oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom.

No comments: