blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Multiplication of the Loaves - John 6:1-15 --- Ġesù jitma' ħamest elef - Gw 6:1-15

Friday, April 20, 2012

Multiplication of the Loaves - John 6:1-15 --- Ġesù jitma' ħamest elef - Gw 6:1-15

.
Mill-Evangelju ta' San Gwann 6:1-15
6. Ġesù jitma' ħamest elef
[Ġw:6:1] Wara dan, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija.[Ġw:6:2] Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda.[Ġw:6:3] Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:6:4] Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.[Ġw:6:5] Ġesù rafa' għajnejh, lemaħ kotra ta' nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: "Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?"[Ġw:6:6] Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x'sejjer jagħmel.[Ġw:6:7] Filippu wieġbu: "Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit."[Ġw:6:8] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu:[Ġw:6:9] "Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x'inhuma għal daqshekk nies?"[Ġw:6:10] "Qiegħdu n-nies bilqiegħda?" qal Ġesù. Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk in-nies, xi ħamest elef raġel, qagħdu bilqiegħda.[Ġw:6:11] Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried.[Ġw:6:12] Meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela."[Ġw:6:13] Marru jiġbruhom, u mlew tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara li kienu kielu.[Ġw:6:14] Għalhekk dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesù, qalu: "Dan hu tassew il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja?"[Ġw:6:15] Imma Ġesù, meta ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa' warrab waħdu lejn l-għoljiet. .





.